Monday, May 13, 2024

Jude Bellingham mhux se jilgħab kontra Malta

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Real Madrid, Jude Bellingham, mhux se jilgħab kontra Malta hekk kif ħalla l-kamp tat-team nazzjonali Ingliż u rritorna fil-belt kapitali Spanjoli biex jirkupra mill-injury tiegħu, ikkonfermat l-FA Ingliża.

Bellingham kien issejjaħ biex jingħaqad fl-iskwadra għaż-żewġ logħbiet li jmiss validi mill-kwalifiki tal-Euro 2024, kontra Malta u l-Maċedonja. 

Madankollu, l-istilla ta’ nofs il-ground ta’ 20 sena sofra injury fl-ispalla ftit aktar minn ġimgħa ilu kontra Rayo Vallecano, li wasslet biex jitlef il-partiti kontra SC Braga u Valencia.

Minkejja l-kwistjoni fiżika tiegħu, l-FA Ingliża talbet lil Bellingham biex din il-ġimgħa jirrapporta fil-kamp tat-team nazzjonal fejn saru aktar testijiet fuq dan il-midfielder.

Aktar kmieni kien issuġġerit li peress li l-injury tal-eks player ta’ Borussia Dortmund ma kinitx serja, il-coach Ingliż, Gareth Southgate, iddeċieda li jżommu bit-tama li b’xi mod jipparteċipa kontra l-Maċedonja anke jekk seta’ jitlef il-partita kontra Malta. 

Iżda, l-Ingilterra issa kkonfermaw li Bellingham irritorna lejn il-club tiegħu. 

Sport