Makkinarju li jnaddaf it-toroq fil-Qala jieħu n-nar

Aqra wkoll

Il-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex dalgħodu kienu msejħa wara li l-makkinarju li jnaddaf it-toroq fil-Qala ħa n-nar.

Informazzjoni li għandu dan is-sit tgħid li dan il-makkinarju kien qiegħed jinsaq kif isir kull filgħodu biex b’hekk jitnadfu diversi toroq tal-Qala meta għal xi raġuni l-maġna li taħdem l-elettriku ħadet in-nar.

Fuq il-post marru uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport