Saturday, December 21, 2024

Mal-10,000 edukatur jirritornaw fl-iskejjel … l-istudenti jibdew mill-ġimgħa d-dieħla

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mil-lum madwar 10,000 edukatur se jirritornaw fl-iskejjel biex jibdew iħejju għas-sena skolastika li jmiss fl-isfond tal-protokolli b’rabta mal-Covid19.

L-aħħar ċifri juru li madwar 5,500 huma għalliema; 3,500 Learning Support Assistants (LSEs) u mas-700 li jgħallmu fil-livell tal-kindergarten.

Huma mhux biss iridu jħejju l-materjal relatat mat-tagħlim imma anke jassiguraw li l-iskejjel ikunu ippreparati mil-lat ta’ miżuri fosthom id-distanza bejn l-imwejjed tal-istudenti u s-‘sanitizers’.

L-istudenti se jibdew jirritornaw fl-iskejjel mis-7 ta’ Ottubru li ġej wara li l-ftuħ tas-sena akkademika kienet posposta bi qbil bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-MUT.

It-talba mill-unjin ewlenija tal-għalliema saret biex l-iskejjel ikollhom iktar ċans iħejju għall-protokolli li ħarġu l-awtoritajiet tas-saħħa.

Il-Gvern mhux se jkun qed jobbliga lill-ġenituri jibgħatu lil uliedhom l-iskola tant li dawk li ma jattendux mhux se jeħlu multa.

Ekonomija

Sport