Tuesday, April 29, 2025

Meta nlesti tellieqa nħoss sodissfazjon kbir u nerġa’ nippjana għat-tellieqa li jkun imiss – Joanne Lewis

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?

L-atletika u l-ġiri qatt ma kien l-iktar sport favorit tiegħi. Dejjem nipprova niġri imma kont niddejjaq. Żmien il-Covid-19, bil-gyms magħluqa ma kellix għażla oħra u bdejt nipprattika iktar il-ġiri. Dħalt għal tlielaq, u meta tara r-riżultat tagħmel iktar kuraġġ. L-isport prinċipali tiegħi huwa l-Hyrox, fejn qabel kull station għandek 1k run għal tmien darbiet. 

X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa?

Ipparteċipajt tliet darbiet barra min Malta fejn darba minnhom jien mal-partner race tiegħi ġejna t-tielet fl-age group tagħna. 

Waqt tlielaq f’Malta speċjalment il-5k races ġieli mort tajjeb wkoll. Li nipprova ntejjeb l-ħin personali tiegħi minn tellieqa għall-oħra dejjem ikun l-għan tiegħi.

Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?

F’pajjiżna hawn livell għoli ta’ atleti tajbin.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.

Il-mentalitá tiegħi hi li nipprova naħdem u nistinka waqt is-sessjonijiet ta’ taħriġ. Jiġu ġranet li tkun għajjiena jew ma jkollokx aptithom, peró r-riżultat tarah waqt li tkun qed ittellaq.

Waqt kull tellieqa nibda ngħid, x’mort nagħmel b’idi. Wara malli nlesti iżda nħoss sodissfazjon kbir u nerġa’ nippjana għat-tellieqa li jkun imiss.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport