Id-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament Ian Borg qal li dan huwa l-mument fejn flimkien qegħdin nikbtu l-kapitlu li jmiss għal Malta aqwa. Huwa semma kif f’Malta “qed inkomplu nħarsu lin-nies”, il-prezzijiet tal-enerġija u l-fjuwils qed jinżammu stabbli filwaqt li n-negozji baqgħu għaddejjin.
Dr Borg kompla jgħid li “Malta Aqwa” mhix biss slogan. Malta Aqwa hi l-missjoni tagħna lkoll. “Malta bi mpjiegi aħjar u b’negozji aktar b’saħħithom. Saħħa, edukazzjoni u ambjent li jkunu prijorità. B’aktar opportunitajiet għal uliedna.”
“Ma waslaniex s’hawn sabiex nieqfu.
Irridu nkomplu naħdmu. Nibnu futur sabiħ. Flimkien aktar b’saħħitna, flimkien aħna lesti u Malta taħt Robert Abela, Malta aqwa,” temm jgħid id-Deputat Prim Ministru.

