Sunday, November 24, 2024

Malta bl-anqas rata ta’ mwiet relatati mal-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont studju li sar fl-Università ta’ John Hopkins CSSE jirriżulta li pajjiżna għandu l-anqas rata ta’ mwiet relatati mal-Covid-19.

Skont l-istudju li qed janalizza l-medja tal-imwiet kaġun tal-pandemija fuq medja ta’ sebat ijiem, pajjiżna ma rreġistra l-ebda mwiet u b’hekk jinsab fil-qiegħ nett tat-tabella.

Skont dan l-istudju, il-Bulgarija għandhom l-ogħla rata ta’ mwiet b’medja ta’ kważi 25 mewt għal kull miljun persuna kuljum fuq medda ta’ sebat ijiem.

Warajhom hemm il-Latvja b’medja ta’ kważi 20 mewta kuljum fuq medda ta’ sebat ijiem, segwiti mir-Rumanija b’medja ta’ ftit aktar minn 17-il mewt.

F’messaġġ fuq Twitter id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal kif din hi turija kif il-booster dose qiegħda tagħmel xogħolha.

Huwa ħeġġeġ biex dawk kollha li jirċievu l-istedina biex ikompli dan il-proċess ta’ tilqim, jaċċettaw l-istedina biex inkomplu nipproteġu lil xulxin.

Sport