Wednesday, April 24, 2024

“Min jaħseb li meta tgħaddi din ir-riforma se nimtlew bl-outlets, ma jafx x’inhu jgħid”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt id-diskors tiegħu b’rabta mal-legalizzazzjoni tal-kannabis, il-Ministru Bonnici spjega dwar 20 bidla li se tkun qiegħda ġġib magħha din ir-riforma.

Fost bidliet u perċezzjonijiet relatati, il-Ministru spjega li l-postijiet immexxija minn l-organizzazzjonijiet li se jkunu permessi jikkultivaw il-kannabis ma jistgħux ikunu f’distanza ta’ anqas minn 250 metru minn skola, club jew ċentru taż-żgħażagħ u ebda indikazzjoni b’sinjali, kliem, disinji jew mod ieħor ta’ attivitajiet relatati mal-kannabis jew mal-kultura tal-kannabis ma jkunu jistgħu jintwerew minnhom.

“Jekk hawn xi ħadd jaħseb li fil-mument li tgħaddi din ir-riforma l-pajjiż se jimtela bl-outlets tal-kannabis, ma jafx x’inhu jgħid. Anzi kritika li rċevejt kienet li tant kemm hawn clubs li jiġu frekwentati miż-żgħażagħ li qegħdin inressqu dawn l-outlets fil-periferija. Qed ngħidu wkoll li dawn l-outlets ma jistgħux jirreklmaw u barra minn hekk huwa projbit tlajjar u li jitqassmu bħal flyers b’reklamar ta’ tali prodott. Tirregola dan u ħafna affarijiet oħra se tkun qiegħda titwaqqaf awtorità mexxija b’nies serji u rispettati li se tkompli tara li jkollna l-informazzjoni kollha li jkun hemm bżonn”, spjega l-Ministru.

Sport