Sunday, November 24, 2024

Malta bl-ikbar żieda fl-impjiegi fl-Unjoni Ewropa 

Aqra wkoll

Fit-tieni kwart tal-2023, pajjiżna rreġistra l-akbar żieda fl-impjiegi mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, meta mqabbel mal-kwart ta’ qabel. 

Dan ħareġ minn ċifri ppublikati mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, li wera li bejn April u Ġunju li għadda, Malta rreġistrat rata ta’ żieda ta’ mpjieġi ta’ 1.3%. Minbarra Malta, il-pajjiżi li rreġistraw tkabbir fl-impjiegi kienu l-Litwanja u l-Portugall, li kellhom żieda ta’ tkabbir fl-impjiegi bħal ta’ pajjiżna.  

Mill-istess ċifri ħareġ li fl-istess kwart tas-sena, Malta kienet fost dawk il-pajjiżi b’żidiet fit-tkabbir ekonomika. Dan meta mqabbel mal-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena. Ħareġ ukoll li pajjiżna għandu tkabbir ekonomiku ferm b’saħħtu mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, hekk kif il-medja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ma kibret b’xejn.

Pajjiżi kbar bħall-Ġermanja u l-Italja ma rreġistraw l-ebda żieda jew tnaqqis fir-rata ta’ tkabbir ekonomiku tagħhom. 

Sport