Wednesday, April 24, 2024

“Malta bl-inqas rata ta’ mwiet bil-Covid fid-dinja”

Aqra wkoll

Dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li fid-dinja kollha, partikolarment fl-Ewropa, is-sitwazzjoni tal-pandemija f’dawk li huma mwiet u każi ġodda hi l-agħar li qatt kienet f’dawn l-aħħar sentejn.

Min-naħa l-oħra, huwa innota kif f’pajjiżna s-sitwazzjoni fl-Isptar baqgħet stabbli. Qal ukoll li jidher ċar li t-tilqim jaħdem. “Fil-fatt ħarġet statistika fl-aħħar jiem, pajjiżi b’rata ta’ tilqim għolja għandhom rata ta’ imwiet mill-Covid baxxa. Malta għandha l-inqas rata ta’ mwiet bil-Covid fid-dinja.”

Min-naħa l-oħra, kompla jgħid Fearne, dawk il-pajjiżi b’rata ta’ tilqim baxx fosthom il-Bulgarija u r-Rumanija, hemm rata ta’ mwiet mill-Covid-19 li għadha għolja ħafna. 

“Huwa ċarissimu li t-tilqim isalva l-ħajjiet. Jipproteġik milli taqbdek il-Covid. Jidher iżda li l-immunità li toffrilek il-vaċċin mhijiex għal dejjem. Huwa ċar ukoll il-ħtieġa tal-booster.”

Sport