Friday, December 13, 2024

Malta b’talba biex il-President Ukren jindirizza lill-Parlament Malti wara li jerġa’ jiftaħ

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg tkellem mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren Dmytro Kuleba, b’dan tal-aħħar jitkellem kif il-Gvern Ukren grat lejn Malta u l-għajnuna li qed nagħtu – dik umanitajra, interventi mediċi, fil-qasam edukattiv u nilqgħu refuġjati Ukreni wkoll.

Il-Ministru Borg qal li infurmah kif Malta hija b’mod sħiħ parti mis-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja mill-Unjoni Ewropea u kommessi li nimplimentawhom. Il-Ministru żied jgħid li huwa fehem perfettament għaliex Malta sa issa għadha ma keċċietx diplomatiċi Russi, u dan minħabba ċ-ċokon tal-Ambaxxata Maltija f’Moska.

“Tlabtu jikkunsidra biex il-President Zelenskyy jindirizza lill-Parlament Malti wara li jerġa’ jiftaħ, liema talba kienet apprezzata u wegħdni li ser jirrakomanda sabiex dan isir,” temm jgħid il-Ministru Borg.

Ekonomija

Sport