Tuesday, December 24, 2024

“Malta fil-154 post għan-nisa fil-Parlament” – Julia Farrugia Portelli

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fost id-deputati l-oħra li tkellmu kien hemm il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli li qabel Rosianne Cutajar kienet hi li ħadmet fuq din il-liġi.

Farrugia Portelli għamlitha ċara li hija kontra l-kwoti u sostniet li bħal deputati oħra nisa hija telgħet fil-Parlament mingħajr ħtieġa ta’ formoli kif qed niddiskutu llum. Fl-istess waqt saħqet li hija favur ir-riforma għax se tgħin lill-pajjiż li ilu 74 mwaħħal f’dik li hija rappreżentanza femminili u possibiliment tista’ żżid id-deputat nisa bi 28%.

Farrugia Portelli fakkret li fir-rigward tan-numru ta’ deputati nisa fil-Parlament Malta tinsab ma’ tal-aħħar meta mqabbla mal-pajjiżi Ewropej mentri fid-dinja tinsab fil-154 post u dejjem nieżla.

Ekonomija

Sport