Thursday, November 14, 2024

“Malta kienet u tibqa’ waħda mill-aktar xeni importanti tal-mużika fid-dinja”

- Ruben de Ronde – wieħed mill-aqwa DJs fid-dinja fil-preżent

Aqra wkoll

Kif bdiet l-imħabba tiegħek għall-mużika?

Bdejt inħobb il-mużika dance hekk kif smajt mix fuq Radio538 b’elementi kbar ta’ trance fiha! Minn dak il-mument bqajt nimraħ f’din il-mużika!

X’inhuma l-kummenti tiegħek dwar Malta?

Żort u daqqejt Malta u Għawdex bosta drabi. Mill-bidu tas-snin 90 u l-elfejn, naħseb li Malta kienet u tibqa’ waħda mill-aktar xeni importanti tal-mużika fid-dinja, b’folla passjonata li tħobb il-mużika dance. Hija gżira sabiħa ħafna, bl-aqwa ikel, postijiet storiċi tal-għaġeb, u baħar mill-isbaħ.

Naf li int ħabib speċjali ta’ Joven Grech minn Tenishia u anke ta’ Cyprian Cassar. X’tista’ tgħidli dwarhom?

Iltqajt ma’ Joven u Cyprian madwar 18-il sena ilu, u sirna ħbieb mill-ewwel. Ħriġna 4 singles flimkien: Story of Life, Where do we begin, Love survives u Marsascala. Jien għaqqadt wirjiet ma’ ħin fl-istudjo u vaganza f’Malta għas-snin ta’ wara. Verament sirna ħbieb kbar, u flimkien dorna l-Messiku, ir-Russja u ħafna postijiet oħra!

Kif tiddeskrivi x-xena tal-mużika trance fid-dinja bħalissa?

Hija daqsxejn stramba bħalissa, għax m’hemmx xena ta ‘trance ‘1’, hemm diversi.
Hemm dik tradizzjonali, imbagħad il-mewġa ġdida b’artisti bħal Rose Ringed, Marlon Hofstadt u Ben Hemsley, U ovvjament ix-xena progressiva, li tmur minn Anyma għal Marsh.

Dan l-aħħar ikkollaborajt ma’ Ferry Corsten. Agħtina aktar dettalji.

Hdimana fuq tliet diski flimkien sa issa. L-innu ta’ asot flimkein ma’ rmin van Buuren, rank 1 u bloodstream u diska ġdida li ħierġa f’Srttembru li ġej. Nahdmu tajjeb ħafna flimkien u naħsbu bl-istess mod rigward il-mużika.

X’inhuma l-pjanijiet tiegħek għall-futur?

Qed niffukaw li nerġgġu nibdew @statementmusic_, u nkomplu għaddejjin bix-xows madwar id-dinja!

Ekonomija

Sport