Friday, November 1, 2024

Malta ma tgħaddix għall-finali tal-Eurovision

Aqra wkoll

Minkejja wirja mill-aqwa li taw fuq il-palk ta’ Liverpool, il-grupp Malti The Busker ma rnexxilux jgħaddi għall-finali tal-Eurovision Song Contest li se ssir nhar is-Sibt li ġej.

The Busker kantaw id-diska “Dance (Our Own Party)” fit-tieni post fl-ewwel semi finali li saret illejla u li matulha ħadu sehem 15-il pajjiż.

L-għaxar pajjiżi li għaddew mill-ewwel semi finali lejla huma il-Krozja, il-Moldovja, l-Żvizzera, il-Fillandja, ir-Repubblika Ċeka, Iżreal, il-Portugall, l-Żvezja, is-Serbja u n-Norveġja.

Nhar il-Ħamis li ġej se ssir it-tieni semi finali tal-Eurovision fejn mistenni li jgħaddu 10 pajjiżi oħra.

Ma’ dawn l-20 pajjiż se jkunu qegħdin jingħaqdu ħames pajjiżi oħra magħrufa bħala l-Big 5 li huma Franza, l-Italja, Spanja, il-Ġermanja u r-Renju Unit flimkien mal-Ukrajna, il-pajjiż li rebaħ il-Eurovision is-sena li għaddiet.

Din is-sena, il-Eurovision qed isir fir-Renju Unit minflok fl-Ukrajna għal raġunijiet ta’ sigurtà minħabba l-invażjoni Russa f’dak il-pajjiż.

Sport