Saturday, December 14, 2024

Malta Premier: Birkirkara jistgħu jiġu dikjarati rebbieħa tal-Ewwel Fażi

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat 

Meta mil-lum tibda tintlagħab il-15-il ġur­nata tal-Malta Premier, teżisti possibbiltá kbira li Birkirkara jiġu dikjarati champions tal-Ewwel Fażi bil-konsegwenza li jkunu l-ewwel finalisti għar-rebħ tal-kampjonat f’Mejju li ġej. 

Dan il-programm huwa wkoll ta’ qabel l-aħħar tat-Top Six u tal-Bottom Six, qabel ma fit-Tieni Fażi kull team jibda b’żero punti u kollox jirrepeti ruħu għat-tieni darba. 

Birkirkara, li għandhom vantaġġ ta’ tliet punti fuq Floriana, jiffaċċjaw lil Hibernians filwaqt li l-Greens jilagħbu fl-aqwa partita kontra r-rivali eterni, Slie­ma Wanderers. 

Jekk Birkirkara jtemmu fi draw u Floriana jitilfu kontra l-Wanderers, il- Karkariżi jiġu dikjarati cham­pions minħabba li jiftħu vantaġġ ta’ erba’ punti u l-partita li jkun imiss li tkun l-aħħar waħda tal-Ewwel Fażi, dik kontra Floriana, tkun biss formalitá. 

Jekk min-naħa l-oħra, l-Istripes jonqsu li jirbħu u Floriana jegħlbu lill-Wanderers, allura l-aħħar partita tkun waħda deċiżiva. 

Fil-partita l-oħra, Hamrun Spartrans jiltaqgħu kontra Mosta, li prattikament hija mingħajr inte­ress ħlief għall-fini tal-klassifika.

Fil-Bottom Six, tkompli t-taqtiegħa bejn it-tliet ti­mi­jiet, Naxxar Lions, Zabbar St Patrick u Balzan, għas-salvazzjoni. 

It-tliet timijiet se jilagħbu kontra dawk ta’ fuqhom  – Marsaxlokk, Melita u Gzira United, rispettivament. 

Birkirkara v Hibernians – Dan huwa konfront li Birkirkara jridu jirbħu kontra team li jipprova jikseb il-punti biex ikollu sieq waħda fil-’play-offs’ tal-kom­petizzjonijiet Ewropej għal Mejju li ġej.

Filwaqt li l-Karkariżi ġejjin minn draw ta’ 1-1 kontra Sliema, fl-aħħar ħar­ġa l-Pawlisti għelbu lil Mos­ta bl-iskor ta’ 3-2. 

Dan għandu jkun konfront bilanċjat minkejja li ż-żewġ timijiet għandhom żewġ players sospiżi – Alex Satariano u Maxuell Maia għal Birkirkara u Bjorn Kristensen u Giannis Bastianos għal Hibernians. 

Peró għal dawn tal-aħħar jirritornaw il-goalkeeper, Hu­go Sacco, u Pedro Henrique Nunes Silva minn sos­pensjoni. 

Il-coach, Stefano Angelis, irid jagħraf kif se jmexxi l-attakk fl-assenza ta’ Satariano u l-aqwa skorer s’issa tal-kampjonat, Maia. 

Fl-ewwel round, Birkirkara ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0.

Floriana v Sliema W. – Sliema Wanderers iridu jin­sew id-diżappunt tas- Super Cup meta jiltaqgħu kontra r-rivali antiki Floria­na.

Jekk dan il-konfront kien jiġbed eluf ta’ partitarji lejn l-Empire Stadium, illum il-ġurnata din il-partita naqset drastikament mill-interess tagħha.  

Huwa imperattiv li Floriana jirbħu din il-logħba qabel ma jiltaqgħu kontra  Birkirkara fil-partita kruċjali. 

Kull team għandu player sospiż – Murillo Henrique għall-Wanderers wara li tkeċċa fil-finali tas-Super Cup u Guy Ser­ge Cedric Yameogo għall-Furjaniżi. 

Fil-konfront preċedenti ż-żewġ timijiet temmew fi draw ta’ mingħajr goals. 

Hamrun S. v Mosta – Friski mis-seba’ suċċess tas-Super Cup fl-istorja tal-club, Hamrun Spartans jiltaqgħu kontra Mosta li qed jilagħbu mingħajr l-ebda pressjoni hekk kif jinsabu konxji li se jtemmu fl-aħħar post tat-Top Six. 

Wara bidu inċert, l-Ispartans bħal donnhom ġew f’tagħhom f’din il-kategorija hekk kif minn tliet partiti kisbu seba’ punti. 

Għaldaqstant dan jista’ jitqies il-preludja għat-Tieni Fażi meta mistennija li jsaħħu l-iskwadra f’Jannar li ġej. 

Peró, huma ma jistgħux jagħmlu użu minn Joseph Mbong u Mayron Marques Barbosa Da Rocha għax jinsabu sospiżi filwaqt li tilfu lill-player promettenti Shaisen Attard għall-kumplament tal-istaġun min­ħabba injury fil-cruciate. 

Min-naħa l-oħra, Mosta għandhom lil Clayton Failla sospiż. 

Fl-ewwel round, il-Mostin għelbu lill-Ispartans bl-iskor ta’ 1-0. 

Melita v Zabbar SP – Zabbar St Patrick jimmi­raw li jkomplu bis-sensiela pożittiva li jirreġistraw it- tielet rebħa konsekuttiva meta jiffaċċjaw lil Melita, bil-għan li ma jtemmux fiż-żona tar-relegazzjoni. 

Min-naħa tagħhom, Me­lita jinsabu xxamplati fit- tielet post tal-Bottom Six u ma għandhom l-ebda pres­sjoni.  

Iż-żewġ timijiet għandhom żewġ players li se jirritornaw minn sospensjoni – Gareth Barone għal Melita u Vinicius De Paiva għal Zabbar. 

Fl-ewwel round Melita rebħu bl-iskor ta’ 3-1.  

Gzira U. v Balzan – Gzira United jimmiraw li jżommu posthom fil-quċċata me­ta jiltaqgħu kontra Bal­zan. 

Iżda huma għandhom lil Enrico Pepe u Brooklyn Borg sospiżi filwaqt li jkunu jridu jpattu għat-telfa ta’ l-ewwel round bl-iskor ta’ 2-1.

Marsaxlokk v Naxxar L. – Marsaxlokk jiltqgħu kontra Naxxar Lions li għandhom lil Nikolai Micallef u Edson Cerqueira Farias sos­piżi filwaqt li Ryan Scicluna jirritorna għax-Xlukkajri minn sospensjoni.  

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport