Saturday, March 14, 2026

Malta Premier: Erba’ timjiet jissieltu għal żewġ postijiet

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Illum u għada tintlagħab il-11 u l-aħħar ġurnata tal-Closing Round fejn jiġi deċiż il-kwadru ta’ dawk is-sitt timijiet li se jikkwalifikaw fit-Top Six.

Bl-erba’ timijiet – Floriana, Hamrun Spartans,  Marsaxlokk u Gzira Uni­ted – diġá ssiġillaw post­hom f’din il-kategorija, issa hemm erba’ timijiet – Valletta, Naxxar Lions, Sliema Wanderer u Birkirkara, li qed jiġġieldu għal żewġ postijiet l-oħra.

Għaldaqstant, erba’ konfronti se jintlagħbu fl-is­tess ħin minħabba din is-sit­wazzjoni delikata fejn      erba’ punti biss qed jifirdu lil dawn it-timijiet.

Birkirkara v Floriana – Birkirkara jaffrontaw lil-leaders Floriana, f’partita li xejn għajr minn re­­b­ħa ma tissodisfa liż-żewġ naħat … Floriana biex jibdew id-dritta finali fl-ewwel post meta jkun għad fadal ħames partiti filwaqt li l-Karkariżi biex ikunu fost l-aqwa sitt timijiet … għalkemm fil-veritá  iċ-ċans tagħhom huwa wieħed li­mi­tat hekk kif id-destin ma jinsabx f’idejhom.

Floriana ġejjin minn  rebħa fuq ir-rivali eterni, Sliema Wanderers, bl-iskor ta’ 1-0 … u dan ifisser li l-Greens ilhom ma jitilfu għal dawn l-aħħar 11-il pa­rtita.

Min-naħa tal-Istripes, ilhom ma jirreġistraw rebħa mill-aħħar ħames ħarġiet.

Iż-żewġ timijiet għandhom player sospiż, Aleandro Garzia għal Birkirkara u Alen Kurtalic għal Floria­na.

Fiż-żewġ partiti preċedenti, Floriana ħarġu rebbieħa bl-iskor identiku ta’ 2-0.

Marsaxlokk v Valletta – Din hija partita diffiċli għal Valletta iżda riżultat ta’ draw jkun biżżejjed għalihom biex jilħqu l-objettiv tagħhom għax ma jkunux jistgħu jintlaħqu minn Slie­ma Wanderers u Birkirkara.

Iż-żewġ timijiet għandhom player sospiż – Leandro Aguirre għal Marsa­xlokk u Neil Anthony Mi­callef għal Valletta iżda jirritorna Moise Emmanuel Mbende.

Ix-Xlukkajri ġejjin minn draw ta’ 1-1 kontra Naxxar Lions, b’goal skorjat fl-aħħar ħinijiet filwaqt li l-Beltin warrbu għal kollox l-isfida ta’ Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 3-1.

Fiż-żewġ partiti tal- Opening Round, Valletta ħarġu rebbieħa 3-0 u 1-0.

Sliema W. v Gzira U. – Din hija logħba bejn żewġ ġirien hekk kif il-pressjoni tinsab kollha fuq Sliema Wanderers u xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom filwaqt li jkollhom jistennew ir- riżultati ta’ Valletta u Nax­xar Lions.

Iż-żewġ timijiet għandhom player sospiż – José Fernando Gomes Junior għall-Wanderers u Brooklyn Borg għall-Maroons.

Fil-partita tal-Opening Round, Sliema għelbu lil Gzira bl-iskor ta’ 2-0.

Naxxar L. v Hibernians – It-team rivelazzjoni f’dan il-Closing Round, ta’ Nax­xar Lions, jiltaqa’ kontra Hibernians li se jerġgħu jilagħbu fil-Bottom Six biex jiddefenixxu staġun diżappuntanti.

Min-naħa l-oħra, rebħa għal Naxxar tiggarantilhom posthom. Iżda huma se jkollhom lil Gustavo Goncalves sospiż.

Fiż-żewġ partiti preċedenti, Hibernians rebħu partita (2-0), bl-oħra tispiċċa fi draw ta’ 1-1.

Tarxien R. v Zabbar SP – Dan huma konfront dirett li jirrigwardja r-relegazzjoni.

Iż-żewġ timijiet għandhom player sospiż – Nhayson Da Silva Rosa għal Tarxien Rainbows u Nicholas Agius għal Zabbar St Patrick.

Iż-żewġ partiti ta’ qabel intemmu fi draws ta’ 1-1 u 2-2.

Mosta v Hamrun S. – Hamrun Spartans jilagħbu mingħajr is-sospiż Jonny Torres meta jiltaqgħu mat-team li jinsab fl-aħħar post tal-klassifika, Mosta.

B’rebħa, l-Ispartans jistgħu jaqbżu fl-ewwel post jekk Floriana jitilfu kontra Birkirkara. 

Fil-partita tal-Opening Round, l-Ispartans ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport