Saturday, September 5, 2026
Home Sport Malta Premier League: Balzan jiddominaw lil Birżebbuġa St Peter’s

Malta Premier League: Balzan jiddominaw lil Birżebbuġa St Peter’s

0
50
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

BALZAN…………………………… 3

BIRŻEBBUĠA ST PETER’S….. 0

Balzan għelbu lit-team promoss ta’ Birżebbuġa St Peter’s bl-iskor ta’ 3-0 biex filwaqt li huma telgħu fir-raba’ post tal-klassifika, b’seba’ punti daqs Marsaxlokk, Birżebbuġa jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika flimkien ma’ Gzira United, mingħajr l-ebda punt.

Dan kien konfront bejn iż-żewġ timijiet promossi iżda id-differenza bejn iż-żewġ timijiet dehret evidenti minħabba li Balzan iddomi­naw għal kollox din il-partita.

Huma fetħu l-iskor fit-13-il minuta meta Yuel Kuach irċieva pass mingħand Lucas Macula, daħal fil-kaxxa u għeleb lil Chiesa b’xutt fir-rokna fix-xibka.

Birżebbuġa St Peter’s ippruvaw jirrispondu u kel­lhom opportunità permezz ta’ Pietro Tomaselli, iżda x-xutt tiegħu mid-distanza intemm ftit barra.

Fid-29 minuta, Balzan irduppjaw il-vantaġġ. Kuach u Oluwatobiloba Awosanya għamlu kombinazzjoni tajba bejniethom, li ntemmet b’dan tal-aħħar  jegħleb lill-goalkeeper ta’ Birżebbuġa.

Ftit wara, Balzan appellaw għal penalty wara li Kuach waqa’ fil-kaxxa, iżda l-Football Video Support ma sabx raġuni biex jingħata penalty u għaldaqstant Kuach ingħata karta safra għal simulaz­zjoni.

Fit-tieni taqsima, Birżebbuġa St Peter’s komplew ifittxu mod kif jidħlu fil-logħba, iżda Balzan baqgħu l-aktar perikolużi.

Fit-57 minuta, kien hemm talba oħra għal penalty din id-darba minn Birżebbuġa wara li allegatament Jackson Mendoza ġie mwaq­qa’ fil-kaxxa. 

Wara li saru l-verifiki meħ­tieġa, ir-referee Daniel Cas­ha, li kellu partita tajba, ma laqax it-talba ta’ Edgar Degabriele.

Fit-65 minuta, azzjoni ta’ corner wasslet għat-tielet goal ta’ Balzan b’Lucas Ribeiro De Oliveira jis­korja minn distanza qasira.

Minkejja li Birżebbuġa ppruvaw jagħmlu reazzjoni, huma ma rnexxielhomx isibu x-xibka avversarja … u bil-ħin għaddej, il-Balzanin bil-kalma kollha qagħdu jikkontrollaw kull sitwazzjoni sas-suffara finali.

Balzan: Manuel Issufe Djalo, Samir Arab, Nicholas Pulis, Lucas Ribeiro De Oliveira (Jake Portelli 81), Oluwatobiloba Dimeji Awosanya, Sekala Siolklon Amiel Guehi (Jake Grech 85), Ederson Bruno Domingos (Sean Cipriott 85), Luis Gabriel Santos Silva, Zachary Grech, Yuel Kuach (Mohammed Merzuq Yahaya 74), Joaquim Da Silva Leonardo Fernandes   – Coach: Andrew Cohen

Birżebbuġa SP: Mattia Chiesa, Gustavo Felipe De Campos Goncalves, Shaun Dimech (Matthew Xuereb 70), Yuri De Jesus Messias, Pietro Tomaselli (Gabriel Costa Goncalves 46), Jacob Walker (Zachary Cassar 46), Kurt Bondin (Rasmus Thellufsen Pedersen 70), Juan Andres Bolanos Ramirez, Alex Bruno De Souza Silva (Elyas Grioli 81), Zachary Scerri, Jackson Usuga Mendoza – Coach: Edgar Degabriele

Referee: Daniel Casha

assistenti: Duncan Sultana, Jareth Grima

Raba’ Uff.: Glen Tonna

Skorers: Y. Kuach 13, O. Awosanya 30, L. Ribeiro De Oliveira 67 (B)

Ammoniti: J. Walker, P. Tomaselli, Z. Cassar, J. Bolanos Ramirez (BSP); L. Santos Silva, Y. Kuach, A. Guehi, J. Portelli (B)

Player tal-Logħba: Lucas Ribeiro De Oliveira (Balzan)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here