Saturday, October 10, 2026
Home Sport Malta Premier League: Birżebbuġa SP jiksbu l-ewwel punt fl-ogħla diviżjoni

Malta Premier League: Birżebbuġa SP jiksbu l-ewwel punt fl-ogħla diviżjoni

0
54
File photo: Mark Mangion


MOSTA …………………….2

BIRŻEBBUĠA SP ……….2

Birżebbuġa irnexxielhom jiksbu l-ewwel punt fil-VBET Malta Premier grazzi għal draw ta’ 2-2 ma’ Mosta.

Immexxija għall-ewwel darba mill-coach Luciano Santana, Birżebbuġa kien team transformat minn dak li rajna fil-logħbiet ta’ qabel u saħansitra għandhom iħossuhom sfortunati li ma ħadux it-tliet punti. 

Madankollu Mosta, anke jekk marru darbtejn minn taħt u saħansitra kellhom player imkeċċi ma qatgħux qalbhom u għal darba darbtejn ġabu d-draw wara li marru darbtejn minn taħt.

Għal Birżebbuġa, Santana għamel tliet bidliet mill-aħħar logħba hekk kif irritorna bejn il-lasti l-goalkeeper Mattia Chiesa waqt li bdew ukoll Zachary Cassar u Rasmus Thellufsen. 

Min-naħa l-oħra, għal Mosta daħal mill-bidu Pedro Paulo da Silva Barbosa. 

Wara bidu kwiet, kienu Mosta li ħolqu l-ewwel ċans ta’ goal meta wara ħarba ta’ Prince Afriyie, dan għadda l-ballun lejn Ernest Agyiri li kellu xutt djagonali li mar ftit barra fl-20 minuta. Imma Birżebbuġa ma damux ma ħadu r-riedni f’ idejhom u Jackson Mendoza kellu żewġ tentattivi li fihom falla bi ftit, l-ewwel meta xutt tiegħu għadda għoli fil-21 minuta u żewġ minuti wara, konklużjoni oħra minn barra l-kaxxa tispiċċa barra. 

Gabriel Costa bir-ras tefa’ għoli minn cross ta’ Rasmus Thellufsen fil-31 minuta. Tliet minuti wara, Alex Bruno għadda l-ballun lejn Costa fuq ix-xellug imma l-konklużjoni mill-viċin ta’ dan ġiet imblukkata minn Akpan. 

Birżebbuġa fetħu l-iskor erba minuti fuq il-ħin meta f’ kontrattakk veloċi Alex Bruno għadda l-ballun lejn Yuri Messias li avvanza u daħal fil-kaxxa waqt li dar mal-goalkeeper qabel tefa’ l-ballun fix-xibka. 

Fit-tieni taqsima, Birżebbuġa baqgħu l-aħjar team u Yuri reġa resaq viċin b’ xutt minn barra l-kaxxa.

Madankollu fit-52 minuta, Mosta għamlu l-iskor indaqs meta Pedro Silva ħa l-ballun fuq il-lemin u għaddieh lejn Giancarlo Goncalves li dar ma’ difensur qabel għeleb lil Mattia Chiesa b’ xutt sabiħ bid-dawra. 

Mattia Chiesa imblokka tajjeb daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Nevin Portelli fid-59 minuta imma sitt minuti wara, Akpan  b’diffikultá l-ballun f’ corner tentattiv ta’ Yuri Messias. Mill-corner ta’ Jackson Mendoza, Juan Bolanos għeleb lil Akpan bir-ras bit tefa’ lil Birżebbuġa minn fuq għal darba oħra.

Is-sostitut Kurt Bondin laqat il-minduda fil-71 minuta għal Birżebbuġa waqt li ħames minuti wara Mosta spiċċaw b’ għaxar players meta tkeċċa Giancarlo Goncalves.

Imma fil-81 minuta, Mosta ingħataw penalty għal foul fuq Kurt Zammit u Nevin Portelli ma żbaljax biex għamilhom 2-2.

MOSTA Udoh Akpan, Neil Frendo (83’ Bradley Farrugia), Nevin Portelli, Giancarlo Goncalves, Kurt Zammit, Ernest Agyiri (46’ Wanderson Pinheiro)(90+5’ Peter Ohaka), Prince Afriyie, Nathan Cross, Pedro Paulo da Silva Barbosa, Geoffrey Acheampong (83’ Ryan Debono), Thiago Espindola. 

BIRŻEBBUĠA SP Mattia Chiesa, Gustavo Felipe De Campos, Zachary Cassar, Shaun Dimech (67’ Kurt Bondin), Yuri Messias, Rasmus Thellufsen (67’ Luis Riascos), Gabriel Costa (90+5’ Stipe Tokic), Juan Bolanos, Alex Bruno da Silva, Zachary Scerri, Jackson Mendoza (90+5’ Pietro Tomaselli).

Referee: Ishmael Barbara

Assistenti Referees: Luke Portelli, Duncan Spencer

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic

Karti Sofor: J. Bolanos, K. Zammit, A. Bruno, P. Silva, G. Goncalves

Mkeċċi: Giancarlo Goncalves

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here