Saturday, November 7, 2026
Home Sport Malta Premier League: Draw ta’ mingħajr goals jiftaħ it-tieni fażi tal-Opening Round

Malta Premier League: Draw ta’ mingħajr goals jiftaħ it-tieni fażi tal-Opening Round

0
34

Bottom Six

BIRŻEBBUĠA ST PETERS……. 0

MOSTA……………………………. 0

Birżebbuġa St Peter’s u Mosta kellhom jikkuntentaw b’punt kull wieħed wara draw ta’ mingħajr goals fl-ewwel partita mill-Kampjonat tal-Bottom Six tal-Opening Round tal-Malta Premier Lea­gue.

Minkejja li ż-żewġ timi­jiet ħolqu diversi okkażjonijiet matul id-90 minuta, ebda naħa ma rnexxielha ssib ix- xibka.

Birżebbuġa St Peter’s kienu l-ewwel li heddew il-lasti avversarji wara ħames minuti meta daqqa ta’ ras ta’ Alex Bruno ġiet salvata faċilment mill-goalkeeper ta’ Mosta, Udoh Akpan.

Mosta wieġbu fit-12-il mi­nuta permezz ta’ Ernest Agyiri, li pprova jindirizza bir-ras cross mil-lemin, iżda l-konklużjoni tiegħu spiċċat ftit għolja.

Min-naħa l-oħra, Zachary Cassar u Stipe Tokic ippruvaw minn barra l-kaxxa għal Birżebbuġa, iżda Akpan kien attent.

Fit-30 minuta, Birżebbuġa talbu l-intervent tal-Football Video Support wara daħla ta’ Prince Afiriye fuq Zachary Scerri, iżda wara l-verifiki meħtieġa, l-uffiċjal Da­niel Casha ma laqax it-talba għall-karta l-ħamra.

Mosta komplew ifittxu l-goal u fit-33 minuta Afiriye pprova xutt imdawwar minn barra l-kaxxa li falla l-mira. Madankollu, kienu Birżebbuġa li kważi fetħu l-iskor lejn tmiem l-ewwel taqsima meta x-xutt b’saħħtu ta’ Alex Bruno ħabat mal-mimduda.

It-team ta’ Luciano Santa­na Martel deher li fetaħ l- iskor fit-48 minuta meta Piet­ro Tomaselli skorja b’xutt b’saħħtu mill-bogħod li ma ta ebda ċans lil Akpan. Madankollu, wara intervent tal-FVS, il-goal ġie mħassar minħabba pożizzjoni ta’ offside tat-Taljan.

Tomaselli reġa’ kien pe­rikoluż fis-56 minuta, iżda din id-darba x-xutt tiegħu spiċċa f’idejn Akpan. Birżebbuġa komplew jinsistu u fis-60 minuta free-kick ta’ Tomaselli mar ftit barra.

Mosta wieġbu fis-70 mi­nuta meta Nevin Portelli ap­profitta minn żball di­fensiv, iżda x-xutt tiegħu ġie salvat minn Mattia Chiesa. Ftit wara, Pedersen falla ċans ieħor għal Birżebbuġa.

Fis-76 minuta, Mosta dehru li marru fil-vantaġġ permezz tas-sostitut Wanderson Pinheiro, iżda l-goal ġie mħassar ukoll wara li l-FVS indika pożizzjoni ta’ offside tal-Brażiljan.

Fl-aħħar fażi tal-partita, iż-żewġ timijiet komplew jippruvaw isibu l-goal deċiżiv. Yuri Messias kellu opportunità tajba fid-90 minuta, iżda Akpan salva, filwaqt li xutt ta’ Ohaka fil-ħin miżjud mar ftit għoli.

B’hekk, minkejja żewġ goals imħassra wara interventi tal-FVS u diversi okkażjonijiet ta’ skor, il-konfront intemm fi draw ta’ 0-0.

B’buġa SP: Mattia Chiesa, Gustavo Felipe De Campos Goncalves, Zachary Cassar, Matthew Xuereb (Federico Galea 65), Pietro Tomaselli (Yuri De Jesus Messias 80), Stipe Tokic, Rasmus Dupont Linden, Gabriel Costa Goncalves, Juan Andres Bolanos Ramirez, Alex Bruno De Souza Silva, Zachary Scerri  – Coach: Luciano Santana

Mosta: David Udoh Akpan, Neil Frendo, Nevin Portelli (Peter Nnaemeka 71), Hogan Ukpa Effiong, Giancarlo Goncalves (Wanderson Pinheiro Diniz 71), Kurt Zammit, Ernest Agyiri (Adolphus Eugene Ebere 46), Prince Afriyie (Pedro Paulo Da Silva 46), Nathan Cross, Geoffrey Acheampong, Thiago Espindola De Paula  – Coach: Joseph Grech

Referee: Daniel Casha

assistenti: Mitchell Scerri, Shaun Calleja

Raba’ Uff.: Wayne Sammut

Skorers: Ħadd

Ammoniti: M. Xuereb, J. Bolanos Ramirez (BSP); P. Afriyie, Thiago Espindola De Paula (M)

Player tal-Logħba: Alex Bruno (Birżebbuġa SP)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here