Sunday, October 25, 2026
Home Sport Malta Premier League: Hamrun Spartans jegħlbu lil Valletta f’partita eċċitanti

Malta Premier League: Hamrun Spartans jegħlbu lil Valletta f’partita eċċitanti

0
63
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

VALLETTA…………………..1

HAMRUN SPARTANS…….2

Hamrun Spartans għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 2-1 f’logħba eċċitanti.

Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel periklu wara biss erba’ minuti meta l-captain Brandon Paiber veneven xutt b’saħħtu minn pożizzjoni angolata fil-kaxxa li stampa mal-mimduda.

Huma komplew fuq l-offensiva u fid-disa’ minuti Andrea Zammit ġie wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper Taljan ta’ Hamrun, Gabriele Marchegiani, li ħareġ barra minn postu biex interċetta kull periklu, u rnexxielu jdawwar f’corner.

Iżda kienu Hamrun li fetħu l-iskor fit-22 minuta meta LUCAS VILLELA IAPERT kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Valletta wettqu reazzjoni mmedjata u fit-30 minuta tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs meta Diogo Tavares xeħet cross fil-baxx għan-nofs fid-direzzjoni ta’ Bruno Gomes de Oliveira li iżda minn taħt il-lasti laqat il-ballun ħażin u inkreddibilment tefa’ barra. 

Għal dan iċ-ċans fallut, il-Beltin pattew qares minħabba li fid-39 minuta, l-Ispartans irduppjaw meta LUCAS VILLELA IAPERT fajjar xutt b’saħħtu mill-viċin li spiċċa fir-rokna tax-xibka biex b’hekk irreġistra doppjetta personali, fost il-ferħ tal-partitarji numerużi Ħamruniżi.

Il-pressjoni kienet kol­lha fuq il-Beltin u fil-ftuħ tat-tieni taqsiam ħarġu ferm aggressivi u ta’ dan ġew ippremjati meta fit-53 minuta meritatament naqqsu l-marġni tal-iskor meta wara li rċieva minn cross perfett, EMMANUEL MOISE MBENDE, permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ l-ballun wara Marchegiani.

Dan il-goal ipprovda injezzjoni morali lill-Beltin u fit-30 minuta, Petar Sekulovic, spara xutt minn tarf il-kaxxa li għadda jħakkek mal-mimduda.

Huma komplew jattakkaw u fid-69 minuta, is-sostitut Roko Prsa indirizza cross-shot fil-baxx iżda ħadd mill-players sħabu ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun.

L-aħħar mumenti tal-partita kienu ferm nervużi kemm fost iż-żewġ settijiet ta’ players u partitarji u anke fuq il-bank, fejn fost oħrajn tkeċċa l-coach ta’ Hamrun, Marco Amelia, u kompla jsegwi l-partita mill-VIP Stand, bil- partita jkollha tieqaf għal diversi minuti.

Valletta: Adilson Maringa, Mattias Ellul (Yannick Yankan 88), Ermin Bicakaic (Thaylor Aldama 46), Andrea Zammit (Keyon Ewurum 69), Bruno Gomes de    Oliveira, Brandon Paiber, Jake Azzopardi, Diogo Tavares, Petar Sekulovic (Alex De Aguilar Go­mes 82), Emmanuel Moise Mbende, Sava Ra­dic – Coach: Thane Micallef

Hamrun S.: Gabriele Marchegiani, Rafael Compri, Sven Xerri, Jake Grech, Lucas Villela Iapert (Damir Ceter 65), Vincenzo Polito, Ognjen Bjelicic, Gonzalo Nicolas Virano, Ante Coric (Marcelo Aguiar de Alves 72), Emerson Marcelina, Ryan Camenzuli (Shaisen Attard 87)  – Coach: Marco Amelia

Referee: Glen Tonna

assistenti: James Muscat, Vasil Vasilev

Raba’ Uff.: Philip Farrugia

Skorers: L. Villela Iapert 22, 39 (H), E. M. Mbende 53 (V)

Ammoniti: L. Villela Lapert, R. Camenzuli, J. Grech (H)

Player tal-Logħba: Emerson Marcelina (HS)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here