BALZAN…………………… 0
BIRKIRKARA……………..2
Birkirkara żammew ħajjin it-tamiet tagħhom li jiksbu post fit-Top 6 tal-Malta Premier League meta għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu minn żewġ penalties filwaqt li Balzan kellhom żewġ players imkeċċija.
L-ewwel azzjoni perikoluża waslet minn Birkirkara meta fil-ħames minuta, Amarildo kien sfortunat meta x-xutt tiegħu mid-distanza ħabat mal-lasta qabel ma ġie kklerjat mid-difiża ta’ Balzan.
Min-naħa l-oħra, Macula kellu opportunità oħra fil-11-il minuta, iżda x-xutt tiegħu b’rovexxjata mar għoli. Ftit wara, Birkirkara kellhom jagħmlu bidla sfurzata meta weġġa’ Fernandinho
Fis-16-il minuta, Birkirkara resqu qrib li jiftħu l-iskor iżda Pahama naqas milli jikkonkludi minn cross mil-lemin. Balzan komplew ifittxu l-goal, iżda Macula u Yahaya ma rnexxielhomx isibu x-xibka.
Fil-45 minuta, Birkirkara ngħataw penalty wara li Lucas Macula waqqa’ lil Jan Busuttil fil-kaxxa. Wara li konsulta mal-FVS, ir-referee Slobodan Petrovic ikkonferma d-deċiżjoni … u mill-11-il metru FRANKLIN SASERE ma żbaljax.
Fit-tieni taqsima, Birkirkara komplew joħolqu l-opportunitajiet. Pablo Sousa Alves ipprova xutt fis-57 minuta, filwaqt li free-kick tiegħu fis-64 minuta ġie devjat f’corner minn Ciappara.
Fil-81 minuta, Birkirkara ngħataw it-tieni penalty wara li Zachary Grech waqqa’ lil Zach Muscat. Wara intervent ieħor tal-FVS Petrovic ikkonferma d-deċiżjoni u wera t-tieni karta safra lil Grech, li għalhekk tkeċċa. FRANKLIN SASERE reġa’ kien preċiż mill-ħdax-il metru, b’xutt fil-baxx u angolat.
Fil-85 minuta, Balzan spiċċaw b’disa’ players meta Luis Santos Silva tkeċċa wkoll wara li ntwera t-tieni karta safra.
Filwaqt li l-Istripes ħadu t-tliet punti, Balzan ħarġu diżappuntati minn konfront li fih żewġ penalties u żewġ tkeċċijiet għamlu d-differenza kontra tagħhom.
Balzan: Dylan Ciappara, Yuel Kuach (Jake Portelli 58), Nicholas Pulis, Mohammed Marzuq Yahaya, Lucas Ribeiro De Oliveira (Sean Cipriott 87), Sekala Siolklon Amiel Guehi, Ederson Bruno Domingos (Jake Grech 87), Luis Gabriel Santos Silva, Rosiel Pereira Da Silva (Samir Arab 87), Zachary Grech, Joaquim Da Silva Leonardo Fernandes – Coach: Andrew Cohen
Birkirkara: Joseph Fabrice Ondoa Ebogo, Rafael Vicente Ferreira, Louis M’Vemba Pahama Ndualu, Zach Muscat, Franklin Sasere, Shaft Keith Brewer Jr, Pablo Gabriel Sousa Alves, Jake Vassallo, Aleandro Garzia, Jose Fernando Gomes Junior (Jan Busuttil 12) (Kemar Reid 88), Amarildo Aparecido De Souza Junior (Vinicius Jefferson 88) – Coach: Paul Zammit
Referee: Slobodan Petrovic
assistenti: Kurt Saliba, Max-Lee Muscat
Raba’ Uff.: Emanuel Grech
Skorers: F. Sasere 45 pen, 81 pen (Bir)
Ammoniti: Z. Grech, L. Ribeiro De Oliveira, K. Santos Silva, J. Portelli, D. Ciappara (Blz); R. Fereira Santos, J. Vassallo, L. Ndualu (Bir)
Tkeċċew Z. Grech 79, L. Santos Silva 86 (Blz)
Player tal-Logħba: Franklin Sasere (Birkirkara)




