Wednesday, October 21, 2026
Home Sport Malta Premier League: Hamrun Spartans u Balzan jieħdu punt kull wieħed f’partita...

Malta Premier League: Hamrun Spartans u Balzan jieħdu punt kull wieħed f’partita bilanċjata

0
58
Ritratt: Mark Mangion

HAMRUN SPARTANS……..1

BALZAN…………………….. 1

Ħamrun Spartans u Balzan temmew fi draw ta’ 1-1 fil-konfront tagħhom mid-disa’ ġurnata tal-Kampjonat VBET Malta Premier, f’logħba bilanċjata li fiha ż-żewġ timijiet kellhom diversi opportunitajiet biex joħorġu rebbieħa.

L-Ispartans bdew fuq l-offensiva u wara biss żewġ minuti Marcelo Trotta pprova xutt minn taħt il-lasta li mar barra. Ftit wara, il-bankina ta’ Ħamrun talbet l-intervent tal-Football Vi–deo Support minħabba allegat foul fuq Trotta fil-kaxxa. Madankollu, wara l-verifiki meħtieġa, l-uffiċjal Fyodor Zammit ma laqax it-talba tal-coach Marco Amelia.

Balzan kellhom l-ewwel opportunità serja tagħhom fis-26 minuta meta Fernandes xeħert cross mil-lemin u Santos Silva pprova jiskorja b’daqqa ta’ ras, iżda Marchegiani kien attent biex salva.

Żewġ minuti wara, Ħamrun fetħu l-iskor meta  Lucas Villela iapert ap­profitta minn cross baxx ta’ Camenzuli mix-xellug u xeħet il-ballun fix-xibka, mingħajr ma ta ċans lil Issufe.

Balzan ippruvaw iġibu l-iskor indaqs qabel il-mistrieħ iżda Fernandes falla opportunità minn taħt il-lasti, filwaqt li xutt mid-distanza ta’ Ederson Bruno ġie salvat minn Marchegiani.

Fit-tieni taqsima, Ħamrun komplew jinsistu biex jirdoppjaw.

Jake Grech kellu opportunità tajba meta sab ruħu quddiem Issufe, iżda l-goalkeeper Portugiż antiċipah b’foul u ntwera karta safra.Iżda l-free-kick l-Ispartans ma ħoloq l-ebda periklu.

Fit-52 minuta, Trotta pprova jissorprendi lil Issufe minn nofs il-ground, iżda l-ballun spiċċa barra. Erba’ minuti wara, Grech kellu xutt b’saħħtu li spiċċa għoli.

Balzan wieġbu permezz ta’ Kuach, li daħal bħala sostitut u pprova xutt mid-distanza li falla l-mira.

Fit-72 minuta, l-istess player kellu sehem deċiżiv meta qassam ballun baxx lil MOHAMMED YAHAYA, li minn distanza qasira għeleb lil Marchegiani biex kiseb id-draw.

Fl-aħħar minuti, Balzan talbu l-intervent tal-Football Video Support wara allegat foul fuq Ederson Bruno fil-kaxxa, iżda t-talba tagħhom ġiet miċħuda minn Zammit.

Balzan temmew dan il-konfront b’10 players wara li Nikola Ignjatovic irċieva t-tieni karta safra u tkeċċa.

Għaldaqstant, iż-żewġ timijiet kellhom jikkunten­taw b’punt kull wieħed f’logħba li fiha t-tnejn kel­lhom il-mumenti tagħhom.

Hamrun S.: Gabriele Marchegiani, Rafael Petrilio Compri, Sven Xerri, Jake Grech, Lucas Villela Iapert, Vincenzo Polito, Ognjen Bjelicic (Ante Coric 75), Marcello Trotta (Damir Ceter Valencia 57), Gonzalo Nicolas Virano, Emerson Marcelina, Ryan Camenzuli – Coach: Marco Amelia

Balzan: Manuel Issufe Djalo, Joaquim Da Silva Leonardo Fernandes, Samir Arab (Zachary 65), Jake Grech (Jake Portelli 46), Mohammed Marzuq Yahaya, Lucas Ribeiro De Oliveira, Ederson Bruno Domingos, Luis Gabriel Santos Silva  (Rosiel Pereira Da Silva 65), Sean Cipriott (Nicholas Pulis 79), Ayom Majok Ayom (Yuel Kuach 46), Nikola Ignjatovic – Coach: Andrew Cohen

Referee: Fyodor Zammit

assistenti: Jurgen Zammit, Slawomir Olucha

Raba’ Uff.: Andrea Naudi

Skorers: L. Villela Iapert 28 (HS); M. Marzuq 70 (B)

Ammoniti: L. Santos Silva, N. Ignjatovic, M. Issufe Djalo, E. Domingos  (B) R. Compri, L. Villela Iapert (HS)

Tkeċċa: N. Ignjatovic 93 (B)

Player tal-Logħba: Eder Domingos (Hamrun S.)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here