Wednesday, October 21, 2026
Home Sport Malta Premier League: Tasal l-ewwel rebħa ta’ Birżebbuġa SP fl-ogħla diviżjoni

Malta Premier League: Tasal l-ewwel rebħa ta’ Birżebbuġa SP fl-ogħla diviżjoni

0
53
File photo: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

BIRŻEBBUĠA ST PETER’S…… 2

MARSAXLOKK………………….. 0

Birzebbuġa St Peter’s ħasdu lill-ġirien Marsaxlokk me­ta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu fit-tieni taqsima, b’din tkun l-ewwel rebħa għal Birzebbuga matul dan l-istaġun, biex issa għandhom erba’ punti fil-klassifika.

Din tista’ titqies ukoll bħala rebħa storika għal Birżebbuġa, hekk kif kienet proprju l-ewwel waħda tagħ­hom fl-ogħla diviżjoni. 

Kien biss fil-25 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, b’Birżebbuġa jkunu huma li ħolqu l-periklu meta Juan Andres Ramires Bolanos xeħet cross għan-nofs fid-direzzjoni ta’ Alex Bruno De Souza Silva, iżda pront kien Enrico Pepe li biegħed il-ballun ‘il bogħod minn kull periklu.

Marsaxlokk wieġbu fl-34 minuta meta Leandro Aguirre indirizza cross lejn Jorge Ailton Soares li iżda sabha diffiċli biex jikkon­trolla l-ballun u kellu x-xutt bid-dawra  minn ġol-kaxxa jin­­temm għoli.

Birzebbuġa reġgħu heddew żewġ minuti biss wara meta Yuri De Jesus Messias ittanta xortih peremzz ta’ xutt mid-distanza iżda pjuttost ċentrali li ġie salvat mingħajr wisq diffikultá minn mal-art mill-goalkeeper ta’ Marsaxlokk, Christoffer Mafoumbi.

Fil-ħin miżjud tal-ew­wel taqsima, Matias Nicolas Garcia kellu x-xutt mill-viċin mdawwar f’corner b’difikultá mill-goalkeeper ta’ Bir­żebbuga, Mattia Chiesa.

Birżebbuħa fetħu l-iskor fid-49 minuta meta l-captain ALEX BRUNO DE SIZA SILVA dar tajjeb ma’ difensur avversraju qabel ma minn pożizzjoni angolata spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka, biex b’hekk iċċelebra bl-aqwa mod possibli l-100 dehra tiegħu fil-Malta Premier League.

Fis-56 minuta, Marsaxlokk appellaw għall-penalty meta Rasmus Linden allegatament twaqqa’ fil-kaxxa, iżda r-re­feree Vladimir Rizoski wara li kkonsulta l-FVS ma ordna l-ebda penalty.

Iżda kienu Birżebbuga li resqu viċin li jirduppjaw żewġ minuti biss wara meta meta Alex Bruno De Souza Silva kellu x-xutt mid-distanza salvat tajjeb minn Mafoumbi, biex falla ċ-ċans li jirreġistra doppjetta perso­na­l­i.

Madankollu, huma ma kellhomx jiġu mċaħħda fis-70 minuta meta wara li rċieva minn cross ta’ Zachary Scerri, GABRIEL COSTA GONCALVES, kien fil-post it-taj­jeb u permezz ta’ rovex­xjata spettakolari rriżulta goal tal- istampi.

Birżebbuġa SP: Mattia Chiesa, Gustavo De Campos, Miguel Azzopardi (Zachary Cassar 72), Yuri De Jesus Messias, Rasmus Pe­dersen, Gabriel Costa Goncalves (Stipe Tokic 79), Kurt Bondin (Matthew Xuereb 86), Juan Andres Ramires Bolanos, Alex Bruno De Souza Silva, Zachary Scerri, Jackson Mendoza – Coach: Luciano Santana

Marsaxlokk: Christoffer Mafoumbi, Oualid El Hasni, Enrico Pepe, Nikolai Muscat (Lucas Caruana 69), Jose Ulises Arias, Rasmus Linden, Jorge Ailton Soares (Semir Smajlagic 62), Matias Nicolas Garcia (Triston Caruana 80), Joseph Minala (Domantas Simkus 79), Leandro Aguirre, Redon Mihana   – Coach: Vincenzo Potenza

Referee: Vladimir Rizoski

assistenti: Luke Portelli, Max-Lee Muscat

Raba’ Uff.: Emanuel Grech

Skorers: A. B. De Souza Silva 49, G. Costa Goncalves 70 (B)

Ammoniti: G. Costa Goncalves (B), N. Muscat, T. Caruana (M)

Player tal-Logħba: Alex Bruno De Souza Silva (B)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here