Friday, October 23, 2026
Home Sport Malta Premier League: Hibernians idawru telfa f’rebħa b’wirja konvinċenti

Malta Premier League: Hibernians idawru telfa f’rebħa b’wirja konvinċenti

0
53
File Photo: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

HIBERNIANS…………….. 2

GZIRA UNITED………….. 1

Peremzz ta’ wirja konvinċenti, Hibernians dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 kontra Gzira United.

Detrimentali għall-Maroons kien il-fatt li għal aktar minn nofs siegħa lagħbu bi player inqas.

Kienu Hibernians li ħol­qu l-ewwel periklu meta wara biss tliet minuti Joseph Mbong avvanza tajjeb fil-kaxxa, għadda pass fil-baxx lejn Dexter Xuereb li b’xutt mill-ewwel ra x-xutt tiegħu jintemm ftit barra.

Gzira wieġbu erba’ minuti wara meta xutt insidjuż mid-distanza ta’ Brooklyn Borg ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Hiber­nians, Matteo Cardinali.

Fit-28 minuta, Gzira fetħu l-iskor meta Bartolomeu tefa’ cross fil-kaxxa u l-ballun niżel għand Luis Gabriel Moreira li b’xutt sabiħ fil-għoli għeleb għal kollox lil Cardinali, b’dan ikun l-ewwel goal tiegħu fil-Malta Premier.

Iżda Hibernians wettqu reazzjoni tajba u fil-41 minuta għamlu l-iskor indaqs meta wara li Montz Romling avvanza bil-ballun, il-Portugiż Mario Filipe Bartolmeu, mar biex jikklerja l-ballun iżda xeħet fil-lasta tiegħu stess, biex b’hekk irriżulta auto-goal sfortunat.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maroons ħarġu ferm aggressivi u fil-55 minuta  Francisco Saldanha għadda tajjeb lejn Ange Mohamed Fofana li venven xutt ferm b’saħħtu li iżda sab lil Cardinali attent, biex salva goal ċert.

Hibernians wieġbu tliet minuti wara meta Mouad El Fanis kellu l-konklużjoni li ntemmet għoli.

Fit-58 minuta Gzira qal­għu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa, permezz ta’ karta ħamra diretta, Joao Victor De Souza Teizeira, bil-player Brażiljan l-ew­wel jiġi ammonit mir-referee Slobodan Petrovic, bl-istess referee iżda wara li kkonsulta l-FVS, għażel li jkeċċi lill-istess player.

Hibernians bdew japprofittaw mill-fatt li bdew jilagħbu bi player iktar u fis-70 minuta kienu għoddhom qalbu l-iskor favurihom meta s-sostitut Isaiah Chukunyere li kien ilu biss minuta fil-ground, kellu x-xutt minn pożizzjoni ideali  jintemm ftit għoli.

Ħdax-il minuta wara reġa’ kien Chukunyere li ħoloq il-periklu għall-Pawlisti me­ta din id-darba ttanta xortih peremzz ta’ ġest akribatiku li iżda ntemm barra.

B’Azzjoni wara l-oħra, finalment l-istess ISAIAH CHUKUNYERE ma kellux jiġi mċaħħad  fil-85 minuta meta wara li Mbong kellu x-xutt tiegħu salvat parzjalment mill-goalkeeper ta’ gzira, Edoardo Colombo, hu­wa kien fil-post it-taj­jeb fil-mument opportun u mir-rebound minn taħt il-lasti spara ġewwa.

Huma komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.

Hibernians: Matteo Cardinali, Montz Romling, Alfred Silas, Kurt Shaw, Joseph Mbong, Dexter Xuereb (Jonathan Wahling 69), Ryder Matos Santos Silva (Alex Sobczyk 73), Matthew Ellul (Bjorn Kristensen 46), Leandro Lacunza, Jayden Roe (Isaiah Chukunyere 69), Mouad El Fanis (Jurgen Degabriele 83) – Coach: Tugberk Tanruvermis

Gzira U.: Edoardo Colombo, Albion Pilana, Gabriel Bohrer Mentz, Deacon Abela, Andrew Borg (Antiago De Flavia 88), Brooklyn Borg, Joao Victor De Souza, Filipe Maio, David Xuereb (Luis De Souza 15) (Dejan Farrugia 83), Francisco De Morais, Ange Mohamed   – Coach: Darren Abdilla

Referee: Slobodan Petrovic

assistenti: Duncan Sultana, Wayne Spiteri

Raba’ Uff.: Reuben Spiteri Delicata

Skorers: L. G. Moreira 28 (G), M. F. Bartolomeu og 41 , I. Chukunyere 85 H)

Ammoniti: M. Ryder (H), G. Bohrer Mentz (G)

Tkeċċa: J. Teixeira 58 (GU)

Player tal-Logħba: Moritz Romling (Hibernians)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here