Friday, October 23, 2026
Home Sport UEFA Europa League: Crystal Palace kellhom jikkuntentaw bi draw

UEFA Europa League: Crystal Palace kellhom jikkuntentaw bi draw

0
49

Crystal Palace kellhom jikkuntentaw  bi draw ta’ 2-2 kontra Besiktas fil-UEFA Europa League, wara li tilfu l-vantaġġ f’partita eċċitanti f’Istanbul nhar il-Ħamis.

It-team Tork fetaħ l-iskor fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima permezz ta’ Wilfred Ndidi, iżda l-Palace wieġbu wara l-mistrieħ. Yeremy Pino kiseb id-draw fil-51 minuta, qabel ma Jean-Philippe Mateta skorja erba’ minuti wara biex poġġa lill-Eagles fil-vantaġġ.

Madankollu, Besiktas għamlu reazzjoni u s-sostitut Junior Olaitan ksieb id-draw fit-73 minuta b’xutt b’saħħtu.

Erba’ minuti wara, it-Torok spiċċwa jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Umit Akdag wara daħla perikoluża fuq Jorgen Strand Larsen. Iżda minkejja l-vantaġġ numeriku, il-Palace ma rnexxielhomx jiskorjaw il-gowl tar-rebħa u kellhom jikkuntentaw b’punt wieħed.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here