Friday, August 21, 2026
Home Sport Malta Premier League: Iċ-champions Floriana b’punti massimi b’rebħa fuq Sliema Wanderers li...

Malta Premier League: Iċ-champions Floriana b’punti massimi b’rebħa fuq Sliema Wanderers li sofrew it-tieni telfa

0
58
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

FLORIANA…………………….. 2

SLIEMA WANDERERS………. 0

Floriana rebħu l-Old Firm Derby meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 2-0 biex ikkastigawhom għat-tieni telfa nfila.

Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel periklu fit-12-il minuta meta Paul Mbong mill-viċin kellu l-konklużjoni salvata minn Henry Bonello, biex mir-rebound Tomislav Gudelj kellu xutt minn pożizzjoni ideali salvat kważi minn fuq il-linja fatali mid-difiża Slimiża.

Il-Wanderers wieġbu fid-29 minuta meta Alex Sataria­no, li beda fil-formazzjoni inizjali, xeħet cross fil-baxx fid-direzzjoni ta’ Wale Musa Alli li iżda minn taħt il-lasta bħal donnu tfixkel fil-ballun, bil-goalkeeper ta’ Floriana Guilherme Cioletti jinterċetta tajjeb.

Huma komplew jippressaw u fit-33 minuta kellhom ferħa bla temma meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Teddy Teuma, Alex Satariano mill-viċin tefa’ ġewwa, iżda r-re­feree, Ezekiel Barbara, kien pront  ħassar dan il-goal minħabba li nnota foul fuq Paul Mbong.

Iżda, fis-37 minuta, Floriana fetħu l-iskor meta DUNSTAN VELLA peremzz ta’ xutt preċiż kważi minn tarf il-kaxxa ma ta l-ebda ċans lil Bonello jsalva.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Sliema ħarġu jfittxu l-goal tad-draw, u fil-55 minuta, Teddy Teuma, ittanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda ntemm barra.

Fid-69 minuta, Floriana kienu għoddhom irduppjaw meta Federico Varela ġiegħel lil Bonello jdawwar f’corner b’xutt minn tarf il-kaxxa.

U proprju mill-istess corner Floriana ngħataw penalty wara konsultazzjoni mal-FVS  meta Camarra Calleja waq­qa’ lil Federico Varela fil-kaxxa. U fl-istess konsultaz­zjoni, ir-referee Barbara rtira l-karta ħamra li kien wera lil Myles Beerman għal ammonizzjoni doppja.

Mill-11-il metru, PAUL MBONG ma ħafirx, b’Bo­nel­lo jmiss ftit il-ballun, iżda finalment ma seta’ jagħmel xejn.

Fid-89 minuta, Floriana resqu viċin li jiskorjaw it-tielet goal, meta Tomislav Gudelj, spara xutt mill-ewwel minn tarf il-kaxxa li iżda reġa’ sab lil Bonello attent, hekk kif dawwar tajjeb f’corner.

Il-Greens komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.  

Floriana: Guilherme Cioletti, Myles Beerman, Amar Drina, Federico Varela, Dunstan Vella (Alen Kurtalic 62), Gaston Ma­nuel Ronano, Owen Spiteri, Carlo Zammit Lonardelli, Tomislav Gudelj, Paul Mbong (Kenan Dervisagic 86), Yassine Jbira (Ange Curtis Ndri 46)   – Coach: Daniel Portela

Sliema W.: Henry Bonello, Jean Borg, Diego Camara Calleja, Benjamin Robertha (Nikolaos Karelis 68), Teddy Teuma, Gustavo Alcino, Anthony Limbombe (Mohamed Awad 79), Alex Satariano (Luke Montebello 79), Vlatko Drobarov (Adam Magri Overend 82), Ali Wale Musa (Brian Ariel Gambarte 79), Steve Pisani   – Coach: Branko Nisevic

Referee: Ezekiel Barbara

assistenti: Duncan Sultana, Mark Caintar

Raba’ Uff.: Joseph Scerri

Skorers: D. Vella 37, P. Mbong 74 (F)

Ammoniti: D. Vella, O. Spiteri, M. Beerman (F), T. Teuma, D. Camarra Calleja (S)

Player tal-Logħba: Gaston Romano (Floriana).

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here