Friday, August 21, 2026
Home Sport Tazza tad-Dinja: Leandro Paredes jingħata sospensjoni ta’ 10 partiti

Tazza tad-Dinja: Leandro Paredes jingħata sospensjoni ta’ 10 partiti

0
69

Il-midfielder tal-Arġentina Leandro Paredes ingħata sospensjoni ta’ 10 logħbiet għall-imġieba ħażina tiegħu fil-ground wara li l-Arġentina tilfet 1-0 kontra Spanja fil-finali tat-Tazza tad-Dinja 2026.

Il-kumitat dixxiplinarju tal-FIFA ta wkoll sospensjoni ta’ seba’ logħbiet lil sieħbu Nahuel Molina. L-Arġentina ġiet ordnata tilgħab iż-żewġ logħbiet li jmiss f’darha b’50% tal-kapaċità tal-istadium, għalkemm waħda minn dawn is-sanzjonijiet ġiet sospiża.

L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Arġentina (AFA) ġiet immultata $321,000 (£235,000) għal diversi ksur tar-regolamenti tal-FIFA, fosthom imġieba mhux xierqa tat-team u għajjat jew ġesti diskriminatorji mill-partitarji. $100,000 tal-multa jridu jiġu investiti fi programm kontra d-diskriminazzjoni.

Paredes, li se jħallas ukoll multa ta’ $90,000, qabad lil Eric Garcia minn għonqu u waqqa’ lil Gavi mal-art, qabel deher jagħtih daqqa f’wiċċu. Gavi u Thiago Almada ngħataw sospensjoni ta’ logħba u multa ta’ $30,000.

L-assistant coach, Roberto Ayala, ġie sospiż għal tliet logħbiet u mmultat $30,000 wara li ta daqqa lil Dani Olmo f’wiċċu.

L-AFA qalet li se tappella kontra dawn is-sanzjonijiet u, jekk l-appell ma jirnexxix, tista’ tieħu l-każ quddiem il-Court of Arbitration for Sport (CAS).

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here