Minn Cristian Muscat
Marsaxlokk…………1
Mosta………………. 1
Mosta tilfu l-ewwel żewġ punti meta sfaw miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Marsaxlokk.
Mosta għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita hekk kif fetħu l-iskor fil-ħames minuta. Kien Geoffrey Acheompong li għadda tajjeb lejn PEDRO DA SILVA li mill-viċin mattar siequ u tefa’ ġewwa.
Notevoli huwa l-fatt li aktar tard il-player Brażiljan awtur ta’ dan il-goal kellu joħroġ mill-ground minħabba li weġġa’ proprju fl-azzjoni li wasslet għal dan il-goal.
Fid-disa’ minuta, kienu Mosta li reġgħu ħolqu l- periklu permezz ta’ Prince Afriyie iżda din id-darba l-goalkeeper, Christoffer Mafoumbi salva tajjeb.
Fil-11-il minuta, Marsaxlokk irnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs meta Dodo Soares għadda tajjeb lejn RASMUS LINDEN li għalkemm kien issikkat minn player lil David Udoh Akpan.
Dan il-goal ipprovda injezzjoni morali lix-Xlukkajri u fit-22 minita, wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner ta’ Leandro Aguirre, Dodo Soares bir-ras tefa’ barra.
Minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Marsaxlokk kienu ferm sfortunati li ma marrux fil-vantaġġ meta Leandro Aguirre kellu x-xutt jistampa mal-wieqfa.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fid-59 minuta xutt ta’ Dodo Soares intemm barra.
Kien biss fil-ħin miżjud li walet l-azzjoni denja ta’ nota sussegwenti, b’Mosta jkunu huma li joħolqu l-periklu meta l-goalkeeper ta’ Marsaxlokk Christoffer Mafoumbi salva f’żewġ tentattivi, xutt tas-sostitut Pinheiro.
Marsaxlokk: Christoffer Mafoumbi, Oualid El Hasni, Enrico Pepe, Nikolai Muscat (Lucas Caruana 82), Jose Ulises Arias, Rasmus Dupont Linden (Semir Smajlagic 73), Jorge Ailton Soares (Domantas Simkus 73), Juan Carlos Corbalan, Matias Nicolas Garcia (Redon Mihana 73), Joseph Marie Minala, Leandro Damian Aguirre – Coach: Vincenzo Potenza
Mosta: David Udoh Akpan, Neil Frendo, Nevin Portelli (Peter Ohaka 74), Kurt Zammit, Pedro Paulo Da Silva Barbosa (Emanuel Ugwu 15), Prince Afriyie, Oscar Kenechi Ezejiofor (Eugene Ebiere 75), Charles Yemi Oderinde, Nathan Cross, Geoffrey Edwin Acheampong (Ernest Agyiri 74) (Wanderson Pinheiro 92), Thiago Espindola – Coach: Joseph Grech
Referee: Alex Johnson
assistenti: Mitchell Scerri, Kurt Saliba
Raba’ Uff.: Daniel Portelli
Skorers: P. Da Silva 5 (Ms), R. Linden 11 (Mx)
Ammoniti: E. Pepe, J. Minala (Mx), K. Zammit (Ms)
Player tal-Logħba: Prince Afriyie (Ms)





