Monday, August 24, 2026
Home Sport Malta Premier League: Mosta bit-tieni rebħa minn daqstant partiti

Malta Premier League: Mosta bit-tieni rebħa minn daqstant partiti

0
46
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

MOSTA………. 2

BALZAN……… 1

Mosta komplew bil-bidu ta’ staġun pożittiv tagħhom meta għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 2-1, biex b’hekk għandhom punti massimi.

Kienu Balzan li ħolqu l-ewwel periklu fis-seba’ minuta, meta xutt inisiddjuż ta’ Dimeji Awosanya mid-distanza ġie salvat mingħajr diffikultá minn Akpan.

Fil-11-il minuta, Balzan qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’għa­xar players wara li r-referee Vladimir Rizoski kkonsulta l-FVS u keċċa lill Jake Portelli permezz ta’ karta ħamra diretta wara daħla kerha fuq Prince Afriyie.

Għalkemm  bi player in­qas, Balzan xorta bdew jieħdu l-inizjattiva u fl-14-il minuta, xutt ieħor insidjuż ta’ Awosanya ġie mdawwar f’corner minn Akpan.

Fl-24 minuta, Mosta fetħu l-iskor wara li GIANCARLO GONCALVES rebaħ il-ballun minn fuq Doric, avvanza u b’xutt fil-baxx għeleb għal kollox lil Manuel Djalo.

Balzan wieġbu tliet minuti wara, hekk kif is-solitu Awosanya rċieva l-ballun, ġera mal-linja leminija u b’xutt minn pożizzjoni angolata sab lill-goalkeeper Akpan attent.

Fis-36 minuta, xutt ta’ Ode­rinde għal Mosta ġie salvat mingħajr ebda diffikultá minn Djalo.

Fl-44 minuta, Mosta rduppjaw l-iskor permezz ta’ xutt b’saħħtu ta’ PRINCE AFRIYIE minn barra l-kaxxa.

Fit-52 minuta, Balzan naqqsu l-marġni tal-iskor meta wara li rċieva minn cross preċiż ta’ Joaquim Da Silva, NIKOLA DORIC żmar­kat għal kollox, b’daqqa ta’ ras b’saħħitha mill-viċin għeleb għal kollox lil David Akpan.

Ħames minuti wara, Balzan resqu viċin li jagħmlu l-iskor indaqs wara li Awosanya rċieva tajjeb fil-kaxxa u b’xutt mill-viċin ra lil Akpan idawwar tajjeb f’corner.

Fis-87 minuta, Mosta tilfu ċans tad-deheb li jiskorjaw it-tieleit goal meta Giancarlo Goncalves kompla l-ballun lejn Ohaka li minn qud­diem Djalo ma rnexxielux jitfa’ l-ballun fix-xibka.

Madankollu, huma komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.

Mosta: David Udoh Akpan, Nevin Portelli (Emannuel Chukuwuemka 92), Giancarlo Goncalves, Kurt Zammit, Ernest Agyiri (Emmanuel Ugwu 61), Prince Afriyie (Geoffrey Edwin Acheampong 68), Charles Oderinde, Nathan Cross, Pedro Barbosa (Bradley Farrugia 93), Thiago Espindola, Wanderson Pinheiro Diniz (Peter Ohaka 46)   – Coach: Joseph Grech

Balzan: Manuel Djalo, Nikola Doric, Jake Portelli, Jake Grech (Samir Arab 46), Lucas Macula (Isaac Davey 62), Dimeji Awosanya, Amiel Guehi (Yuel Kuach 87), Emmanuel Asante (Marzuq Yahaya Mohammed 46), Sean Cipriott (Nicholas Pulis 73), Nikola Ignjatovic, Leonardo Da Silva Coach  – Coach: Andrew Cohen

Referee: Vladimir Rizoski

assistenti: Jurgen Spiteri, Vasil Vasilev

Raba’ Uff.: Glen Tonna

Skorers: G. Goncalves 24, P. Afriyie 44 (M); N. Doric 52 (B)

Ammoniti: C. Oderinde, P. Da Silva Barbosa (M)

Player tal-Logħba: David Udoh Akpan (Mosta)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here