Monday, September 14, 2026
Home Sport Malta Premier League: Sliema Wanderers jirreġistraw it-tielet rebħa nfila

Malta Premier League: Sliema Wanderers jirreġistraw it-tielet rebħa nfila

0
42
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

MOSTA………………………. 1

SLIEMA WANDERERS…… 3

Sliema Wanderers kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Mosta 3-1 f’partita li fiha ddominaw l-ewwel taqsima u rnexxielhom jikkontrollaw il-logħba fil-mumenti importanti. Għal Mosta, din kienet l-ewwel telfa tal-istaġun.

Sliema bdew il-partita b’mod aggressiv u ħolqu l-ewwel periklu fil-11-il minuta meta Sebastian Cojo­caru pprova xutt b’saħħtu li spiċċa ftit barra.

Ħames minuti wara, il- Wanderers fetħu l-iskor. Minn corner, Gustavo Alcino għola tajjeb u b’daqqa ta’ ras tefa’ l-ballun fix-xibka. Sliema ma damux ma rduppjaw, hekk kif tliet minuti wara Nikolaos Karelis approfitta minn cross mix-xellug biex tefa’ l-ballun ġewwa.

Mosta ppruvaw jirrispondu u ħolqu diversi okkażjonijiet qabel tmiem l-ew­wel taqsima. Prince Afiriye u Thiago Espindola kellhom tentattivi, filwaqt li Giancarlo Goncalves kien fost l-aktar perikolużi. Madankollu, il-goalkeeper Slimiż Henry Bonello kien attent u salva f’mumenti importanti.

Fit-tieni taqsima, Mosta komplew ifittxu mod kif jidħlu fil-partita u fid-59 minuta rnexxielhom inaqqsu d-distakk.

Giancarlo Goncalves għadda bejn żewġ players u qabbeż il-ballun minn fuq Bonello biex għamilhom 2-1. Wara dan il-goal, Mosta kellhom aktar inizjattiva u ppruvaw  jiksbu d-draw, iżda Sliema kienu dixxiplinati.

Il-Wanderers ukoll kellhom l-opportunitajiet tagħ­hom, fosthom permezz ta’ Cojocaru u Musa Alli.

Meta kollox deher li kien se jispiċċa 2-1, Sliema skorjaw it-tielet goal fit-93 minuta. Wara li Akpan ikklerja azzjoni offensiva, Brian Ariel Gambarte kien pront u tefa’ l-ballun f’lasti vojta biex issiġilla rebħa importanti għal Sliema Wanderers.

Mosta: David Udoh Akpan, Neil Frendo (Peter Ohaka 46), Nevin Portelli, Giancarlo Goncalves, Kurt Zammit, Ernest Agyiri (Oscar Ezejiofor 46) (Diniz Pinhierinho 86), Prince Afiriye, Charles Oderinde (Adolphus Eugene Ebere 63), Nathan Cross, Geoffrey Edwin Acheampong (Bradley Farrugia 86), Thiago Espindola  – Coach: Joe Grech

Sliema W.: Henry Bonello, Jean Borg, Teddy Teuma (Brian Ariel Gambarte 76), Gustavo Alcino, Nikolaos Karelis (Adam Magri Overend 89), Alexander Satariano, Vlatko Drobanrov, Sebastian Cojocaru, Musa Alli (Anthony Limbombe 63), Robin Polley, Steve Pisani (Matteo Lorenzi 63)   – Coach: Branko Nisevic

Referee: Emanuel Grech

assistenti: Mark Ciantar, Slawomir Olucha

Raba’ Uff.: Glen Tonna

Skorers: G. Alcino 16, N. Karelis 19, B. A. Gambarte 93 (S), G. Goncalves 60 (M)

Ammoniti: S. Cojocaru (SW)

Player tal-Logħba: Prince Afiriye (M)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here