Monday, September 14, 2026
Home Sport Serie A: Juventus megħluba minn Sassuolo fi tmiem mill-aktar drammatiku

Serie A: Juventus megħluba minn Sassuolo fi tmiem mill-aktar drammatiku

0
37

Juventus sofrew telfa drammatika ta’ 3-2 kontra Sassuolo fi tmiem spettakolari, f’partita li kompliet turi l-bidu inkonsistenti tagħhom fis-Serie A. 

Il-Bianconeri għandhom seba’ punti minn erba’ logħbiet u jinsabu fit-tmien post tal-klassifika.

Wara l-ewwel siegħa bi ftit li xejn azzjonijiet, Sassuolo fetħu l-iskor fil-65 minuta. Nemanja Matic ta pass preċiż lil Sebastiano Esposito, li kkonkluda b’mod preċiż.

Fit-82 minuta Juventus kisbu d-draw meta l-goalkeeper Arijanet Muric iġġudika ħażin cross, u Edon Zhegrova approfitta biex tefa’ f’lasti vojta. Sassuolo reġgħu marru fil-vantaġġ fid-89 minuta permezz ta’ Kieron Bowie, li skorja b’xutt mill-ewwel wara assist ta’ Darryl Bakola.

Madankollu Zhegrova reġa’ skorja fil-ħin miżjud biex għamel 2-2 u deher li salva punt għal Juventus. 

Iżda fi tmiem klassiku, erba’ minuti fil-ħin miżjud, Sassuolo kellhom l-aħħar kelma meta Vasilije Adzic,  ikkontrolla cross twil u b’konklużjoni mill-isbaħ xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here