Thursday, October 22, 2026
Home Sport Malta Premier League: Sliema Wanderers jirritornaw għar-rebħ f’partita eċċitanti

Malta Premier League: Sliema Wanderers jirritornaw għar-rebħ f’partita eċċitanti

0
45

Minn Cristian Muscat

ZABBAR ST PATRICK……… 2

SLIEMA WANDERERS…….. 3

Sliema Wanderers irritornaw għar-rebħ wara sensiela ta’ erba’ logħbiet mingħajr rebħa meta għelbu lil ZSt Patrick bl-iskor ta’ 3-2 li bl-ebda mod ma wrew sintomi ta’ inferjoritá.

Dan il-konfront kien wie­ħed eċċitanti fejn ippreżenta ħames goals u li baqa’ inċert sal-aħħar.

Iż-Żabbarin kienu l-ewwel li ħolqu l-periklu fit-12-il minuta meta Jovicic ipprova jikkonkludi minn taħt il-lasta, iżda l-goalkeeper ta’ Sliema, Bonello, kien attent u dawwar il-ballun f’corner.

Fis-26 minuta, Zabbar ħasbu li fetħu l-iskor permezz ta’ Vinicius Mendonca, iżda l-goal ġie mħassar minħabba pożizzjoni ta’ offside. L-is­tess player reġa’ pprova xortih erba’ minuti wara, iżda x-xutt tiegħu spiċċa barra.

Sliema wieġbu fil-31 minuta meta Alexander Satariano venven xutt ­ minn barra l-kaxxa, li ġie salvat mill-goalkeeper, Patrik Mohorovic li dawwar f’corner.

Il-Wanderers komplew jheddu b’Satariano jerġa’ jkun perikoluż ftit wara.

Fit-42 minuta, Sliema fetħu l-iskor permezz ta’ Sebastian Cojocaru, li wara azzjoni personali  daħal fil-kaxxa u kkonkluda b’xutt fil-baxx.

Fit-tieni taqsima, iż-Żabbarin ħarġu jfittxu d-draw u rxexxielhom jagħmlu dan fl-54 minuta meta f’kontrattakk veloċi, Vinicius Mendonca għadda lejn ALFREDO AGYEMAN li b’xutt b’saħħru għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Henry Bonello. 

Madankollu, ir-reazzjoni ta’ Sliema kienet immedjata biex tliet minuti IONUT COJOCARU skorja t-tieni goal għall-Wanderers u dak personali billi kkonkluda permezza ta’ daqqa ta’ ras mill-cross ta’ Anthony Limbom­be.

Fis-66 minuta, Cojocaru reġa’ resaq viċin li jiskorja, iżda Mohorovic ċaħħdu milli jagħmel dan.

Zabbar baqgħu jemmnu fil-possibbiltà li jik­sbu riżultat pożittiv u fil-81 minuta ngħataw penalty wara intervent tal-Football Video Support, meta Mario Fontanella deher jitwaqqa  fil-kaxxa minn Camara Cal­leja. L-attakkant Taljan ħa r-responsabbiltà u kkonverta mill-ħdax-il metru biex għamel l-iskor 2-2.

Meta l-partita kienet tidher li setgħet tintemm fi draw, fl-84 minuta, is-Slimiżi skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa.

Minn corner ta’ Teddy Teu­ma, ANTHONY Limbombe daħal tajjeb u skorja b’daqqa ta’ ras biex ta tliet punti importanti lill-Wanderers, li b’hekk temmew is-sensiela negattiva tagħhom.

Zabbar SP: Patrik Mohorovic, Karlo Brucic, Joao Henrique Ca­margo (Franck Gouhon 58), (Ni­cholas James Agius 73), Milos Jovicic, Jake Micallef, Strahinja Jovancic, Zean Leonardi, Vinicius Mendonca (Mario Fontanella 68), Tobias Andre Moriceau, Alfredo Agyeman, Thomas Melillo, (Kai­den Fenech 68) – Coach: Adolfo Sormani

Sliema W.: Henry Bonello, Diego Camara Calleja (Chris Kouadio 84), Teddy Teuma, Brian Gambarte, Gustavo Alcino, Anthony Limbombe (Nigel Robertha 88), Alexander Satariano, Vlatko Drobarov, Sebastian Cojocaru, Musa Alli (Mohamed Awad 77), Robin Polley – Coach: Branko Nisevic

Referee: Daniel Casha

assistenti: Vasil Vasilev u Robert Curtis

Raba’ Uff.: Wayne Sammut

Skorers: I. Cojocaru 42, 57, A. Ekango 84 (SW); A. Agyeman 54, M. Fontanella 81 (ZSP)

Ammoniti: J. Mafra, S. Jovancic, M. Jovicic, K. Brucic (ZSP); D. Calleja, A. Satariano (SW)

Player tal-Logħba: Ionut Sebastian Cojocaru (Sliema W.)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here