Thursday, October 22, 2026
Home Sport Malta Premier League: Valletta jsaħħu posthom fil-quċċata b’goal f’kull taqsima

Malta Premier League: Valletta jsaħħu posthom fil-quċċata b’goal f’kull taqsima

0
44
File photo: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

MOSTA……………. 0

VALLETTA…………2

Valletta komplew isaħħu posthom fil-quċċata tal-klassifika tal-Malta Premier Lea­gue meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 2-0, biex issa fetħu ħames punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali tagħhom, Marsaxlokk.

Din ir-rebħa kienet ukoll mod ideali għal Thane Micallef biex jiċċelebra l-100 dehra tiegħu bħala coach fil-Malta Premier.

Iżda kienu l-Beltin li fetħu l-iskor fid-19-il minuta meta Andrea Zammit ħalla l-ballun lill-Montenegrin Petar Sekulovic li permezz ta’ xutt mill-ewwel spara l-ballun fis-saqaf atx-xibka, biex irriżulta fi ġmiel ta’ goal.

Valletta setgħu rduppjaw ftit wara, iżda Bruno Gomes de Oliveira falla minn pożizzjoni ideali.

Mosta ppruvaw jagħmlu reazzjoni u Adolphus Eugene, li kien qed jibda għall-ewwel darba dan l- istaġun fil-formazzjoni inizjali tal-Blues, ħoloq diversi opportunitajiet.

Madankollu, il-konklużjonijiet tiegħu ma sabux ix-xibka, filwaqt li Nevin Portelli kien sfortunat meta x-xutt qawwi tiegħu mill-bogħod laqat il-mimduda lejn tmiem l-ewwel taqsima.

Il-goalkeeper ta’ Valletta, Adilson Maringa, kellu jkun attent biex iwaqqaf it-tentattivi ta’ Mosta, li komplew jippressaw fil-bidu tat-tieni taqsima. Thiago Espindola wkoll resaq viċin b’xutt mill-bogħod li għadda ftit barra.

Madankollu, fit-63 minuta, Valletta għamlu l-iskor 2-0. Wara azzjoni minn corner, Andrea Zammit kien fil-post it-tajjeb u skorja b’daqqa ta’ ras mill-viċin.

Valletta setgħu kabbru l-vantaġġ meta Sekulovic laqat il-mimduda b’daqqa ta’ ras wara cross ta’ Diogo Tavares. Anke Alex De Aguilar Gomes falla opportunità tajba lejn tmiem il-partita.

Mosta: David Udoh Akpan, Charles Oderinde (Ryan Debono 75), Nevin Portelli, Giancarlo Goncakves, Kurt Zammit, Adolphus Eugene, Prince Afriyie (Peter Ohaka 75), Nathan Cross, Pedro Da Silva Barbosa (Samuel Vassallo 84), Geoffrey Edwin Acheampong (Bradley Farrugia 74), Thiago Espindola (Lydon Calleja Attard 74) – Coach: Joseph Grech

Valletta: Adilson Maringa, Mattias Ellul, Ermin Bicakic, Andrea Zammit (Keyon Ewrurm 73), Bruno Gomes de Oliveira (Alex De Aguilar  Gomes 63), Jake Azzopardi (Yannick Yankam 84), Diogo Tavares, Roko Prsa (Mohamad Sylla 62), Petar Sekulovic, Emmanuel Moise Mbende, Sava Radic (Neil Anthony Micallef 84) – Coach: Thane Micallef

Referee: Matthew Degabriele

assistenti: Mitchell Scerri, Kurt Saliba

Raba’ Uff.: Anthony Paul Vella

Skorers: P. Sekulovic 19, A. Zammit 63 (V)

Ammoniti: S. Radic, R. Prsa (V), K. Zammit (M)

Player tal-Logħba: Petar Sekulovic (Valletta)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here