Sunday, August 23, 2026
Home Sport Malta Premier League: Tliet punti għal Valletta bi tliet goals fit-tieni taqsima

Malta Premier League: Tliet punti għal Valletta bi tliet goals fit-tieni taqsima

0
50
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

GZIRA UNITED……. 0

VALLETTA…………… 3

Permezz ta’ wirja konvinċenti, Valletta għelbu l-isfida ta’ Gzira United bl-iskor ta’ 3-0, bit-tliet goals jaslu fit-tieni taqsima, b’din tkun it-tieni rebħa konsekuttiva minn daqstant logħbiet għal Valletta u t-tieni telfa in fila għall-Maroons.

Kienu Gzira li ħolqu l-ewwel periklu fis-sitt minuta meta cross mix-xellug ta’ Andrew Borg ġie intercettat mill-goalkeeper Brażiljan ta’ Valletta, Adilson Maringa.

Fit-12-il minuta, ir-referee Slobodan Petrovic kien kostrett li jħalli l-pitch minħabba li weġġa’ l-hamstring biex minfloku daħal jikkontrolla l-logħba r-raba’ uffiċjal Ishmael Barbara, b’Petrovic jassumi r-rwol ta’ raba’ uffiċjal minfloku.

Fid-19-il minuta, il-Maroons kellhom ferħa bla temma meta l-ewwel ir-referee  Barbara saffar penalty meta Sava Radic deher li allegatament waqqa’ lil Maxuell Maia fil-kaxxa … iżda wara konsultazzjoni mal-FVS, l-istess uffiċjal tal-partita dawwar id-deċiżjoni tiegħu fuq talba tal-coach Belti, Thane Micallef.

Dan minħabba li qabel l-azzjoni li wasslet għall- penalty, il-player tal-Maroons, Maxuell Maia, ikkommetta foul fuq Radic … u fil-fatt wera l-karta s-safra lill-Brażiljan ta’ Gzira United.

Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, waslet l-aħjar azzjoni tal-partita sa dak il-ħin, b’Valletta jersqu viċin li jiftħu l-iskor meta Andrea Zammit xeħet cross fil-baxx li sab lil Jake Azzopardi li iżda b’xutt mill-ewwel minn taħt il-lasti tefa’ għoli.

Fil-51 minuta, Valletta kellhom goal ta’ Zammit imħassar għal foul ta’ Thaylor Aldama fuq Albion Pllana.

Peró, fil-65 minuta, il-Beltin fetħu l-iskor minn kanunata ta’ ANDREA ZAMMIT minn barra l-kaxxa wara li rċieva mingħand Jake Azzopardi.

Fit-82 minuta, ROKO PR­SA xeħet fix-xibka mill-viċin liema goal ġie konvali­dat wara konsultazzjoni mal-FVS minħabba li seta’ kien hemm pożizzjoni ta’ offside

Imbagħad, fir-raba’ minuta tal-ħin miżjud, Keyon Ewurum kellu x-xutt salvat parzjalment mill-goalkeeper Colombo, biex mir-rebound, Prsa għadda tajjeb lejn THAYLOR ALDAMA li minn taħt il-lasti ma ħafirx.

Gzira U. Edoardo Colombo, Albion Pllana, Deacon Abela, Nathan Joyce 85), Andrew Borg (Dejan Farrugia 84), Luis Moreira De Souza, Brooklyn Borg, Maxuell Maia (Djinis Djadjo 64), Marc Van de Font Bovenkamp, David Xuereb (Antiago De Flavia 85), Leonardo Jonathan Farias (Filipe Bartolomeu Maio 74), Francisco Saldanha   – Coach: Darren Abdilla

Valletta: Adilson Maringa, Mattias Ellul (Neil Anthony Micallef 86), Andrea Zammit (Roko Prsa 76), Bruno Gomes de Oliveira (Keyon Ewurum 46), Brandon Paiber (Ermin Bicakcic 46), Jake Azzopardi, Diogo Tavares, Petar Sekulovic, Emmanuel Moise Mbende, Sava Radic (Alex De Aguilar Gomes 46), Thaylor Aldama  – Coach: Thane Micallef

Referees: Slobodan Petrovic (Ishmael Barbara 12)

assistenti: James Muscat, Duncan Spencer

Raba’ Uff.: Ishmael Barbara/ Slobodan Petrovic

Skorers: A. Zammit 65, R. Prsa 82, T. Aldama 94 (V)

Ammoniti: M. Maia, A. Piana (G), S. Radic, P. Sekulovic (V)

Player tal-Logħba: Jake Azzopardi (V)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here