Sunday, August 23, 2026
Home Sport Mohamed Salah jiskorja doppjetta għal Trabzonspor u jagħtihom it-tliet punti

Mohamed Salah jiskorja doppjetta għal Trabzonspor u jagħtihom it-tliet punti

0
41

Mohamed Salah skorja l-ewwel żewġ goals tiegħu ma’ Trabzonspor biex għen lit-team jikseb rebħa ta’ 2-1 kontra Istanbul Basaksehir fil-Kampjonat Tork.

L-istilla Eġizzjana ħalla lil Liverpool fl-istaġun li għadda u b’mod sorprendenti mar jilgħab fit-Turkija. 

Salah skorja wara 10 minuti u reġa’ sab ix-xibka tliet minuti wara l-bidu tat-tieni taqsima, jiġifieri fit-48 minuta, fl-ewwel darba li beda logħba domestika ma’ Trabzonspor.

Huwa kien beda wkoll il-logħba ta’ nofs il-ġimgħa, li Trabzonspor tilfu 1-0 f’darhom kontra Ferencvaros fl-ewwel leg tal-play-off tal-Europa League. It-tieni leg se jintlagħab nhar il-Ħamis.

Il-player ta’ 34 sena kien għamel id-debutt tiegħu ma’ Trabzonspor il-ġimgħa li għaddiet, meta daħal bħala sostitut fid-draw ta’ 1-1 kontra Kasimpasa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here