Minn Cristian Muscat
SLIEMA WANDERERS…… 0
HIBERNIANS……………… 2
Permezz ta’ wirja konvinċenti, Hibernians, immexxija mill-coach il-ġdid, it-Tork Tugberk Tanrivermis, bdew l-istaġun fuq nota pożittiva meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu wieħed f’kull taqsima.
Il-Wanderers setgħu kellhom bidu mill-aqwa meta wara biss żewġ minuti, huma ngħataw penalty meta Leandro Lautaro Lacunza waqqa’ lil Anthony Limbombe fil-kaxxa. Iżda mill-11-il metru, id- debuttant Teddy Teuma xeħet ix-xutt tiegħu għoli biex falla ċans tad-deheb li jiftaħ l-iskor.
Il-Blues komplew jattakkaw u, fis-17-il minuta, minn azzjoni ta’ free-kick mogħti mill-istess Teuma, il-player il-ġdid, Grieg Nikolaos Karelis, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tintemm ftit barra.
Madankollu, fit-22 minuta, kontra x-xejra tal-logħob, Hibernians skorjaw iżda kellhom ferħa bla temma meta mill-cross ta’ Moritz Romling, Ryder Santos Silva permezz ta’ xutt mill-viċin tefa’ ġewwa, iżda r-referee, Slobodan Petrovic, ma kkonvalidax il-goal wara konsultazzjoni mal-FVS minħabba pożizzjoni ta’ offside.
Iżda, fit-28 minuta, il- Pawlisti fetħu l-iskor meta l-captain Bjorn Kristensen indirizza cross fid-direzzjoni ta’ Ryder Santos Silva li min-naħa tiegħu serva fuq platt tal-fidda lil BORIS DRUGA li permezz ta’ xutt fil-baxx mill-viċin ma ħafirx.
Hibernians bdew jipproduċu l-aħjar logħob u, fl-44 minuta, Jamie Wahling għadda tajjeb lejn Ryder Santos Silva li avvanza … iżda minflok ikkonkluda tawwal l-azzjoni, bid-difensur tal-Wanderers Diego Camara Calleja jisraqlu l-ballun biex evita goal ċert.
Kien biss fit-73 minuta li waslet l-azzjoni sussegwenti denja ta’ nota u li minnha Hibernians irduppjaw meta FABIAN JANKOVIC spara xutt mill-ewwel b’saħħtu minn pożizzjoni ideali li ma ta l-ebda ċans lil Bonello.
Kienet meħtieġa reazzjoni mmedjata u din waslet fil-81 minuta meta l-ewwel Satariano kellu t-tentattiv tiegħu jistampa ma’ sieq il-wieqfa, biex mir-rebound il-ballun intemm għand Teuma li kellu l-konklużjoni b’saħħitha tiegħu tiġi mblukkata mid-difiża Pawlista.
Sliema W.: Henry Bonello, Jean Borg, Diego Camara Calleja, Adam Magri Overend, Matteo Madeira Lorenzi (Alex Satariano 46), Teddy Teuma, Brian Ariel Gambarte (Wale Musa Alli 46), Anthony Limbombe (Mohamed Awad 68), Nikolaos Karelis (Nigel Benjamin Robertha 61), Vlatko Drobarov, Steve Pisani – Coach: Branko Nisevic
Hibernians: Matteo Cardinali, Moritz Romling, Fabian Jankovic (Matthew Ellul 81), Kurt Shaw, Joseph Essien Mbong, Jamie Wahling (Lyon Abela 94), Bjorn Kristensen, Juslin N’zi, Ryder Silva Santos (Joy Slayd Mickels 59), Leandro Lautaro Lacunza, Boris Druga (Isaiah Chukunyere 94) – Coach:Tugberk Tanrivermis
Referee: Slobodan Petrovic
assistenti: Duncan Sultana, Duncan Spencer
Raba’ Uff.: Ezekiel Barbara
Skorers: B. Druga 28, F. Jankovic 73 (H)
Ammoniti: F. Jankovic, M. Romling, J. S. Mickels (H)
Player tal-Logħba: Bjorn Kristensen (H)




