Wednesday, September 25, 2024

Malta se tilgħab logħba ta’ ħbiberija kontra Liechtenstein f’Novembru

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti se jilgħab partita ta’ ħbiberija internazzjonali kontra Liechtenstein f’Novembru.

Il-logħba se ssir nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru 2024 fl-Istadium Nazzjonali, u tibda fis-7pm.

Din il-partita se sservi ta’ tħejjija għat-Tim Nazzjonali hekk kif ikun qed jipprepara għall-aħħar partita tiegħu tal-UEFA Nations League kontra Andorra, li se tintlagħab fl-istess tieqa internazzjonali nhar it-Tlieta 19 ta’ Novembru 2024, ukoll fl-Istadium Nazzjonali.

Se tkun it-tielet partita tat-Tim Nazzjonali minn meta tħabbret il-ħatra ta’ Davide Mazzotta bħala head coach interim, b’Ernesto Javier Chevanton bħala l-assistent tiegħu.

Aktar informazzjoni dwar il-biljetti għall-partita tkun disponibbli dalwaqt. Sadanittant, il-biljetti għall-partita ta’ ħbiberija li jmiss kontra t-Turkmenistan u l-partita tal-UEFA Nations League kontra l-Moldova huma disponibbli. Il-biljetti għall-partita tal-Moldova jibdew bi prezz speċjali online ta’ €5 biss fil-Millennium Stand D.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport