Saturday, December 21, 2024

Malta se tilqa’ l-ewwel pazjenti Ukreni li għandhom bżonn kura għall-kanċer

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li mil-lum, Malta tinsab f’pożizzjoni li tilqa’ l-ewwel ħames pazjenti Ukreni li għandhom bżonn il-kura għall-kanċer. Din l-inizjattiva qiegħda tkun ikkordinata mill-Awtorità Ewropea għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa (HERA). 

Huwa ħabbar dan f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha inawgura berġa tas-saħħa ġdida f’Wied il-Għajn filwaqt li ta wkoll dettalji dwar l-inizjattivi li qed jieħdu l-awtoritajiet Maltin f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna umanitarja lejn l-Ukrajna.

Fearne spjega li fil-jiem li ġejjin, mis-CPSU se jgħaddu 150 pallet ta’ għajnuna medika liċ-ċittadini Ukreni, li jinkludu mhux biss mediċini imma wkoll maskri u lbies protettiv, antibijotiċi kif ukoll materjal u tagħmir ieħor li jintuża kemm fl-ITU kif ukoll fi swali tal-operazzjonijiet. 

Inizjattiva oħra, anke b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa fl-Ewropa, se tkun dik li Malta tagħti ammont ta’ test kits u anke vaċċini kontra l-Covid-19 liċ-ċittadini Ukreni. Hawn, Fearne spjega li huma biss terz tal-adulti Ukreni li ħadu t-tilqima.

Id-Deputat Prim Ministru spjega wkoll li qiegħda ssir ħidma flimkien ma’ Puttinu Cares biex tiġi offruta akkomodazzjoni lil uħud mill-pazjenti Ukreni f’Londra stess.

Ekonomija

Sport