Wednesday, April 24, 2024

Malta ssellem lill-vittmi taż-żewġ gwerer dinjin

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Malta dalgħodu ingħaqdet mal-kumplament tad-dinja biex tfakkar il-vittmi taż-żewġ gwerer dinjin. Quddiem il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-President ta’ Malta George Vella spezzjona l-Gwardja tal-Unur tal-Forzi Armati ta’ Malta li ħadet sehem f’din it-tifkira mal-Banda tal-Forzi Armati.

Wara saret quddiesa ikkonċelebrata mill-Arċisqof Charles J Scicluna fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Wara l-quddiesa, saret iċ-ċerimonja ta’ tifkira ħdejn il-Monument tal-Gwerra, fil-Floriana. Matul din iċ-ċerimonja tqiegħdu kuruni tal-fjuri mal-monument mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-President George Vella, il-Prim Ministru Robert Abela u persuni distinti oħra. 

Il-Forzi Armati ta’ Malta flimkien ma’ organizzazzjonijiet oħra ffurmaw Gwardja tal-Unur għal matul iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-kuruni.

Sport