Saturday, December 21, 2024

Malta t-tieni fl-Ewropa li tilleġiżla l-femiċidju

Aqra wkoll

Pajjiżna se javvanza iktar il-Kodiċi Kriminali biex jilħaq ukoll il-femiċidju. Il-fenomenu ta’ qtil femiċidali ilu snin magħna iżda qatt ma kien rikonoxxut bħala tali u kellu jkun il-qtil brutali u l-istupru tal-Pollakka Paulina Dembska li wassal lil pajjiżna biex jemenda l-Kodiċi Krimiali biex jinkludi wkoll dan ir-reat gravi. 

B’dawn l-emendi, Malta issa se tkun it-tieni pajjiż, wara Ċipru, li se tilleġiżla b’dan il-mod u f’dan il-kuntest.

Sa ftit jiem ilu biss, kien hemm diversi fehmiet u argumenti kuntrastanti dwar x’inhu jew x’m’huwiex femiċidju u jekk il-qtil ta’ mara jew tfajla minn raġel li jkun motivat mill–ġeneru għandux jibqa’ meqjus biss bħala omiċidju distint minn femiċidju.

It-tifsira ta’ femiċidju issa hija iktar ċara f’moħħ in-nies tant li qtil fil-kuntest ta’ vjolenza domestika, għall-unur tal-qattiel jew tal-familja, minħabba orjentazzjoni sesswali, sfruttament sesswali, ta’ sentimenti miżoġini u qtil fil-kuntest ta’ prattiċi reliġjużi jew ta’ kult jikklassifikaw bħal femiċidju.

L-abbozz ta’ liġi li tressaq fil-Parlament f’dawn l-aħħar jiem huwa biss pass wieħed mill-ħafna li għad iridu jittieħdu. L-Abbozz ta’ Liġi  huwa mibni fuq il-konsultazzjoni li saret ma’ esperti fil-qasam li anbki ppublikaw rapporti awtorevoli dwar dan ir-reat.

L-għan tal-Abbozz hu li jkopri wkoll l-attentat ta’ omiċidju li jkun sar f’ċirkustnzi ta’ tentattiv ta’ femiċidju. Jipprovdi wkoll li ċ-ċirkustanzi femiċidjali ta’ qtil għandhom jimmilitaw kontra l-għoti ta’ pieni mhux ħarxa u kif ukoll li qtil b’karatteristiċi ta’ femiċidju ikun eskluż milli jikkwalifika bħala omiċidju skużabbli li jkun twettaq f’mument ta’ passjoni instantanja.

Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis li ressaq dan l-abbozz fil-parlament qies dan il-pass bħala mument storiku billi ċirkostanzi femiċidjali se jiġu rikonoxxuti fil-Kodiċi Kriminali ta’ pajjiżna.

Filwaqt li għad fadal ħafna xi jsir fosthom edukazzjoni, il-Gvern ra li joħroġ b’soluzzjoni li tagħmel sens u li tibgħat messaġġ ċar li dak li ġara xahar ilu bil-qtil ta’ Dembska ma jerġax jiġri.

Il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innpvazzjoni Owen Bonnici fisser dan l-Abbozz bħala pass ieħor li bis-saħħa tiegħu se tkun rikjonoxxut u ndirizzata kwistjoni soċjali li għal ħafna snin tħalliet taħt it-tapit.

B’dan l-abbozz, il-Gvern ippreżenta pakkett ta’ emendi fil-kodiċi kriminali li bis-sħħa tagħhom għall-ewwel darba l-liġijiet ta’ pajjiżna se jkunu qed jirrikonoxxu formalment il-kunċett ta’ femiċidju.

Ekonomija

Sport