Saturday, November 23, 2024

Malta tegħleb lill-Iżrael fir-rugby

Aqra wkoll

It-team nazzjonali Malti tar-rugby għeleb lill-Iż­rael 15-13, f’Tony Bezzina Stadium, f’partita li kienet valida minn Confe­rence 1 South tal-Ewropa. 

Try ta’ Mark Davey kwarta mit-tmiem tat ir-reb­ħa lit-team Malti f’logħba mill-aktar missielta.

Il-partita kellha aspetti differenti bl-Iżraeliti jiddominaw l-ewwel nofs sie­għa, iżda l-players immex­xi­ja mill-coach Damian Neill ma qatgħux qalbhom u wettqu reazzjoni mill-aqwa.

Intant, Matthew Spiteri, li daħal bħala sostitut għal Malta, tkeċċa ħames minuti mit-tmiem u ħalla lil pajjiżna bi player inqas.

Malta: R. Apsee, P. Martin, D. Cerketa, M. Barbara, D. Deguara, B. Borg, D. Apsee, M. Davey (5), T. Holloway, R. Holloway, B. Dalton, D. Busuttil, C. Dudman (5), J. Debattista, R. Gum (5)

Sport