Friday, June 19, 2026

Malta tikkonferma l-parteċipazzjoni tagħha fil-Kampjonati Dinjija tal-Blackball 2026

Aqra wkoll

Malta se tkun fost in-nazzjonijiet li se jipparteċipaw fil-Kampjonati Dinjija tal-WPA Blackball 2026, li se jsiru f’Thistle Hotel Heathrow, fl-Ingilterra, bejn l-20 u t-28 ta’ Ottubru 2026. It-tħabbira saret mill-World Pool Association, li laqgħet lil Malta bħala wieħed mill-pajjiżi kkonfermati għal dan l-avveniment prestiġjuż.

It-tim Malti se jikkompeti fi tliet kategoriji differenti: Men’s A, Men’s B u Under 23. Sabiex jintgħażlu l-plejers li se jirrappreżentaw lil Malta, se jiġu organizzati tournaments ta’ klassifikazzjoni li jibdew fit-22 ta’ Ġunju. L-aħħar jum biex il-plejers jirreġistraw u jieħdu sehem f’dawn it-tournaments huwa l-Ġimgħa, 19 ta’ Ġunju.

Fil-kategorija Men’s A, se jsiru ħames tournaments ta’ klassifikazzjoni, bir-rebbieħa tagħhom jiksbu post fit-tim. Magħhom jingħaqdu ċ-Champion ta’ Malta u plejer magħżul permezz ta’ wild card mill-kowċ.

Fil-Men’s B, il-ħames plejers bl-ogħla punti fil-klassifika wara l-ħames tournaments jikkwalifikaw għat-tim. Fil-kategorija Under 23 se jsiru tliet tournaments, bir-rebbieħa tagħhom u l-ewwel plejer fil-klassifika tal-punti jiksbu post fil-Kampjonati Dinjija, fejn Malta se tipprova tħalli l-marka tagħha fuq il-palk internazzjonali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport