It-tim nazzjonali Malti tal-hockey temm l-impenji tiegħu fil-logħob ta’ kwalifikazzjoni tal-kampjonat tat-tieni diviżjoni tal-Euro Hockey 2026 fir-raba’ post wara li tilef 4-3 bil-penalty shoot-out kontra l-Lussemburgu.
Il-logħba sa tmiem il-ħin regolamentari ntemmet fi draw ta’ 1-1. Il-Lussemburgu fetħu l-iskor fit-tielet minuta permezz ta’ penalty corner ta’ Frederic Schmit, filwaqt li Malta kisbet id-draw fil-24 minuta b’gowl ta’ Christ Agius.
Minkejja wirja determinata miż-żewġ naħat, l-iskor baqa’ ma nbidilx sal-aħħar tal-ħin regolamentari.
Fil-penalty shoot-out, il-Lussemburgu kienu aktar preċiż u rebħu 4-3 biex kisbu t-tielet post, filwaqt li Malta kellha tikkuntenta bir-raba’ post wara wirjiet pożittivi tul il-kompetizzjoni.




