Il-forma pożittiva ta’ Malta rriflettiet ruħha fl-aħħar rankings tal-FIFA, hekk kif it-team nazzjonali tela’ post wieħed għall-160 post fid-dinja. Malta kisbet 6.55 punti wara sensiela impressjonanti ta’ riżultati, bi tliet rebħiet u draw fl-aħħar impenji internazzjonali.
Is-sensiela bdiet b’rebħa ta’ 2-1 barra minn xtutna kontra Andorra fil-UEFA Nations League, segwita minn rebħa 2-0 kontra Liechtenstein f’partita ta’ ħbiberija fin-National Stadium. Imbagħad Malta kompliet bla telfa b’rebħa ta’ 1-0 kontra Andorra f’Ta’ Qali, wara li kienet kisbet ukoll draw ta’ 1-1 kontra Gibraltar.
Dawn ir-riżultati xeħtu lil Malta ‘l fuq għal 1006.80 punti fil-klassifika tal FIFA u għall-160 post. It-team issa jħares lejn il-konfront barra minn pajjiżna kontra Ġibiltá f’Novembru, għall-aħħar logħba tiegħu fi Grupp D1 tal-UEFA Nations League, f’Novembru, fejn se jfittex ikompli jibni fuq dan il-momentum pożittiv u jsaħħaħ il-progress reċenti fl-aħħar konfront.



