Ir-Repubblika ta’ Malta u l-Federazzjoni Russa ffirmaw protokoll li jemenda l-konvenzjoni għall-Evitar ta’ Tassazzjoni Doppja u l-Prevenzjoni tal-Evażjoni Fiskali ma’ dak li għandu x’jaqsam ma’ Taxxi fuq id-Dħul. Il-Ftehim oriġinali fuq l-Evitar ta’ Tassazzjoni Doppja kien iffirmat nhar l-24 t’April 2013.
Dan il-Protokoll kien iffirmat fil-Ministeru tal-Finanzi tal-Federazzjoni Russa f’Moska, mid-Deputat Ministru tal-Finanzi tal-Federazzjoni Russa, is-Sur Alexey Sazanov u l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Federazzjoni Russa Pierre Clive Agius. Il-Protokoll jidħol fis-seħħ f’Jannar tal-2021.
Matul iċ-ċerimonja, kien hemm ukoll preżenti d-Deputat Kap tal-Missjoni, is-Sur Karl Littlejohn, u l-Konslu ta’ Malta f’Moska, is-Sur Karl Matthew Xuereb.