Monday, April 22, 2024

Jitlef ħajtu f’tentattiv li jikser ir-rekord Brittaniku tal-ogħla veloċità miksuba fuq l-art

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Sewwieq tilef ħajtu waqt tentattiv li jikser ir-rekord tal-ogħla veloċità fuq l-art.

Jidher li s-sewwieq fl-aħħar sigħat kien involut f’ħabta kera f’Elvington Airfield f’York. 

Fi stqarrija l-federazzjoni Motorsport UK qalet li nbdiet investigazzjoni bil-kollaborazzjoni, mal-organizzatur ta’ dan l-istess tentattiv kif ukoll mal-Pulizija ta’ North Yorkshire. Huma żiedu jgħidu li f’dan l-istadju għadu kmieni wisq biex tinħareġ xi tip ta’ informazzjoni u li aktar dettalji se jkunu qed jinħarġu skont l-iżviluppi tal-istess investigazzjoni.

“Din il-fatalità hija telfa għall-familja tas-sewwieq, l-organizzaturi u membri oħra fil-kommunità tal-motorsport”, kompliet tgħid il-federazzjoni.

Ir-rekord Brittaniku tal-ogħla veloċità miksuba fuq l-art s’issa hija dik miksuba mis-sewwieq Tony Densham. Fl-1970 huwa kien irnexxielu  jilħaq il-veloċità ta’ 207.6 mil fis-siegħa.

Fl-2018, Zef Eisenberg irnexxielu jilħaq il-veloċità ta’ 201.5 mil fis-siegħa.

Sport