Sunday, December 22, 2024

“Malta wieħed mill-ewwel pajjiżi fid-dinja li għandha t-tilqima tal-Monkeypox”

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Għalkemm l-imxija tal-Monkeypox ma tistax titqabbel mal-Covid, anke f’dan il-każ, il-Gvern Malti hu preparat u viġilanti.” Qal dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’kummenti li għadda lil talk.mt wara li ħabbar li fl-aħħar jiem waslu l-ewwel dożi tat-tilqima tal-Monkeypox f’pajjiżna.

Fearne spjegalna li mhux maħsub illi t-tilqima se jkun hemm bżonn li tittieħed minn firxa wiesa’ ta’ nies, tant illi f’dan l-istadju qed tkun limitata biss għal kuntatti ta’ persuni li jkollhom il-Monkeypox.  Tenna li grazzi għall-ftehim li Malta għandha mal-Unjoni Ewropea, pajjiżna – flimkien ma’ membri stati oħra Ewropej – hu wieħed mill-ewwel pajjiżi fid-dinja li għandu din it-tilqima.

Sadanittant, skont is-sit Monkeypox Meter, f’Malta ġew irreġistrati sa issa 30 każ ta’ Monkeypox. Ftit jiem ilu l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddikjarat il-Monkeypox bħala emerġenza ta’ saħħa pubblika.

Ekonomija

Sport