Friday, May 3, 2024

Maltija se tieħu sehem f’Kampjonat Ewropew tal-Boxing

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Dak kollu li ksibt sa issa minn mindu bdejt dan it-tip ta’ sport, ksibtu sforz id-dedikazzjoni tiegħi għax sfortunatament dan it-tip ta’ sport għadu mhux rikonoxxut f’pajjżna. Fil-ġimgħat li ġejjin, jiena se nkun qegħda nitla’ lil hinn minn xtutna fejn se jittella’ l-kampjonat ewropew tal-boxing. Qed nagħmel l-almu tiegħi iżda għandi bżonn għajnuna finanzjarja. 

Iddikjarat dan ma’ dan is-sit il-boxer Gail Diacono, fejn qalet li temmen li l-boxing għadu sports mhux daqshekk rikonoxxut ġewwa pajjiżna. Diacono stqarret li hija ta’ ħasra il-għaliex qed ikun hemm diversi atleti li qed ibagħtu minn għajnuna finanzjarja għax l-isports jirrikjedi ħafna spejjeż.

Meta kienet mistoqsija dwar il-kompetizzjoni li se tieħu sehem f’Novembru, Gail qalet li ilha taħdem sena sħiħa biex irnexxielha tasal għal din il-kompetizzjoni. Żiedet tgħid; “ Jien u l-kowċ tiegħi Roland tkellimna ma’ diversi ħbieb u businesses. Nixtieq ngħid li sa issa konna kuntenti ħafna bl-għajnuna li sibna. Filwaqt li ninsabu grati tal-għajuna nemmen li baqalna fejn nilħqu l-objettiv tagħna” 

B’referenza għal meta bdiet dan t-tip ta’ sport lura għall-2010, Gail qalet li filwaqt li l-boxing huwa sport sabiħ ġewwa pajjiżna, iġib miegħu diversi sfidi. Dawn jinkludu sfidi fiżikament u sfidi mental mentalment sabex fl-aħħar mill-aħħar l-impenn ikun iktar b’saħħtu. 

Meta mistoqsija dwar x’messaġġ tixtieq twassal, hija qalet li tixtieq li tingħata iktar għajnuna finanzjarja mill-pubbliku f’dan it-tip ta’ sport.

Sport