Sunday, November 24, 2024

Man Utd jistgħu ma jitħallew jieħdu sehem fl-Ewropa

Aqra wkoll

Jekk Manchester United ma jikkwalifikawx għall-UEFA Champions League, mhumiex se jitħallew jilagħbu fil-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League. 

Dan minħabba li r-regoli tal-UEFA jistipulaw li żewġ clubs, li jkollhom l-istess proprjetarju ma jistgħux jilagħbu fl-istess kompetizzjoni. 

Issa filwaqt li Sir Jim Ratcliffe huwa s-sid tal-club Franċiż ta’ Nice, matul dawn l-aħħar ġimgħat huwa xtara sehem fil-club ta’ Manchester United u għaldaqstant il-pożizzjoni tiegħu hija waħda konfliġġenti.

Nice dehru resqin lejn il-kwalifikazzjoni għaċ-Cham­pions League iżda sensiela ta’ riżultati negattivi rathom jinżlu fil-ħames post bil-possibbiltá li ma jipplejsjaw għal din il-kompetizzjoni biex ikollhom jikkuntentaw bl-Europa League.

Min-naħa tagħhom, ir-Red Devils jekk ma jispiċċawx mal-ewwel erbgħa, ma jingħatawx id-dritt li lanqas jilagħbu fl-Europa League u jkunu kompletament barra.   

Sport