Monday, October 21, 2024

Man Utd m’għandhom l-ebda intenzjoni li jaħtru lil Montella bħala kowċ

Aqra wkoll

Manchester United mhux qed jikkonsidraw li jingaġġaw lill-kowċ tat-tim nazzjonali tat-Turkija Vincenzo Montella sabiex jieħu post Erik Ten Hag fit-tmexxija tat-tim.

L-ispekulazzjonijiet dwar is-suċċessur tal-kowċ Olandiż baqgħu hemm u dan l-aħħar issemma’ propju l-eks attakkant internazzjonali Taljan.

Ħareġ ukoll li r-Red Devils m’għandhomx intenzjoni li jbiddlu lill-kowċ għallinqas sat-tieqa internazzjonali li jmiss u għahekk s’issa hu għandu garanzija li sa xahar ieħor jibqa’ jmexxi lit-tim minn Manchester.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport