Monday, February 24, 2025

Man Utd u Chelsea isegwu sew lil Delap

Aqra wkoll

Manchester United u Chelsea jinsabu ferm interessati li jiksbu l-firma tal-istilla ta’ Ipswich Town, Liam Delap. Dan tal-aħħar skorja xejn inqas minn għaxar gowls tul dan l-istaġun fil-Premier League Ingliż u jiswa madwar €42 miljun.

Id-diriġenti ta’ Ipswich Town jafu li mhux se tkun faċli jżommu lil Delap magħhom fl-istaġun li ġej u fl-istess ħin ma xtaqux itellfulu xi opportunitajiet.

Delap għandu 22 sena u lagħab 25 darba matul dan l-istaġun ma’ Ipswich.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport